Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 24/04/2015, 24 ta' April 2015

Riżultati ewlenin

Il-Greċja

Il-Grupp tal-Euro ġie aġġornat mill-istituzzjonijiet (il-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI)) dwar is-sitwazzjoni attwali tad-diskussjonijiet tagħhom mal-awtoritajiet Griegi. L-għan tat-taħditiet huwa li jintlaħaq ftehim dwar lista komprensiva ta’ riformi, li l-Greċja mistennija twettaq skont il-ftehim attwali. 

It-twettiq b’suċċess ta’ dan il-kompitu huwa essenzjali sabiex jingħalaq ir-rieżami finali tal-programm attwali u sabiex ikun jista' jsir il-pagament tal-porzjon li għad fadal tal-assistenza finanzjarja maqbula. Il-Grupp tal-Euro jitlob li jkun hemm progress ferm aktar rapidu fid-diskussjonijiet u ser jevalwa s-sitwazzjoni fil-laqgħa li jmiss tiegħu f’Mejju. 

L-Unjoni bankarja

Il-President tal-bord superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew, Danièle Nouy, ser tippreżental-ewwel rapport annwali tal-BĊE dwar l-attivitajiet superviżorji

Il-Grupp tal-Euro enfasizza li kien importanti li l-istati membri li għadhom ma ttrasponewx id-direttiva dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-banek fil-liġi nazzjonali tagħhom jagħmlu dan mingħajr aktar dewmien. Saħaq ukoll dwar l-importanza tar-ratifika tal-ftehim intergovernattiv dwar il-fond uniku ta’ riżoluzzjoni - dawn huma żewġ elementi importanti għall-funzjonament tal-unjoni bankarja. L-unjoni bankarja għandha tkun kompluta mill-1 ta’ Jannar 2016.

Diskussjoni tematika dwar it-tkabbir u l-impjiegi

Il-Grupp tal-Euro evalwa kif iż-żona tal-euro bħala entità sħiħa kienet implimentat ir-riformi strutturali rrakkomandati lilha s-sena li għaddiet fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. Il-ministri qablu li jkollhom diskussjonijiet bħal dawn b'mod regolari u ddeskrivew fil-qosor l-oqsma ta' politika li għandhom jiġu diskussi u mqabbla mal-aħjar prattiki sa tmiem is-sena.

Spanja: sorveljanza ta' wara l-programm

Il-ministri laqgħu l-eżitu pożittiv tat-tielet missjoni ta’ sorveljanza ta' wara l-programm mill-Kummissjoni Ewropea u mill-BĊE fi Spanja. Ir-rapport tal-missjoni kkonkluda li Spanja stabbilizzat is-settur finanzjarju tagħha u kisbet irkupru ekonomiku b'saħħtu, u ta l-parir lill-pajjiż biex ikompli r-riformi biex jelimina l-iżbilanċi li għad fadal. Il-missjoni ta' sorveljanza ta' wara l-programm li jmiss ser issir fil-ħarifa tal-2015.

 

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025