Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 18/06/2015, 18 ta' Ġunju 2015

Riżultati ewlenin

Greċja

Il-Grupp tal-Euro ddiskuta s-sitwazzjoni attwali fit-taħdidiet bejn l-awtoritajiet Griegi u l-istituzzjonijiet. Huwa nnota li ma nkisibx progress biżżejjed.

Il-President tal-Grupp tal-Euro Jeroen Dijsselbloem issottolinja li l-proposti mressqa mill-istituzzjonijiet ħadu kont tas-sitwazzjoni ekonomika fil-Greċja u għamlu użu mill-flessibilità li hemm fil-ftehim tal-20 ta’ Frar 2015.

Issa jidher ċar li huwa f'idejn il-Greċja li tieħu dik l-aħħar opportunità li joffri dan il-programm.

Jeroen Dijsselbloem 

Il-Grupp tal-Euro ħeġġeġ lill-Greċja biex tippreżenta l-proposta ta’ riforma tagħha fil-jiem li ġejjin.

Il-President tal-Grupp tal-Euro Jeroen Dijsselbloem qal li kien għadu possibbli li jintlaħaq qbil u jiġi estiż il-programm attwali qabel it-tmiem ta’ Ġunju.

Ċipru

Il-Grupp tal-Euro laqa’ l-fatt li l-programm Ċiprijott inġieb lura fit-triq it-tajba. Huwa approva fil-prinċipju l-memorandum ta’ qbil aġġornat mal-awtoritajiet Ċiprijotti.  Dan iwitti t-triq għal pagament ta’ EUR 100 miljun mill-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà.

Portugall: analiżi wara l-programm

Il-Ministri ġew infurmati dwar it-tieni missjoni ta’ sorveljanza ta' wara l-programm lill-Portugall li kienet ta' suċċess u li ntemmet fit-12 ta’ Ġunju 2015 

Analiżi taż-żona tal-euro skont l-Artikolu IV tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI)

Id-Direttur Maniġerjali tal-FMI, Christine Lagarde, tat informazzjoni lill-Grupp tal-Euro dwar l-analiżi reċenti tal-FMI. Il-parir tal-FMI huwa li tingħata attenzjoni speċjali lil modi kif tingħata spinta lit-tkabbir fuq medda medja ta’ żmien billi jiġu implimentati riformi strutturali, politiki fiskali adatti u l-iżgurar ta’ settur finanzjarju b’saħħtu.

Punti oħra

Il-Ministri kellhom diskussjoni dwar il-politika f'ambjent b'rati ta' interessi aktar baxxi u kkonkludew li rati ta' interessi baxxi jipprovdu opportunità biex jiġu kkonsolidati l-finanzi pubbliċi, isir investiment fl-infrastruttura u ssir riforma tal-ekonomiji tagħna. Il-Grupp tal-Euro ser jiddiskuti dan is-suġġett aktar tard din is-sena.

Il-Grupp tal-Euro approva wkoll abbozz ta’ rakkomandazzjonijiet għaż-żona tal-euro maħruġa taħt is-Semestru Ewropew u impenja ruħu li jissorvelja l-implimentazzjoni tagħhom matul is-sena li ġejja. Il-Grupp tal-Euro adotta wkoll il-programm ta’ ħidma tiegħu għat-tieni nofs tal-2015. 

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025