- Grupp tal-Euro
Grupp tal-Euro, 27/06/2015, 27 ta' Ġunju 2015
Riżultati ewlenin
Fis-26 ta' Ġunju, l-awtoritajiet Griegi ddeċidew li jirrifjutaw il-proposti mill-istituzzjonijiet (il-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Fond Monetarju Internazzjonali) għall-pjan ta' riforma tal-Greċja. Il-pjan, li ilu jiġi nnegozjat minn Frar, huwa prekundizzjoni biex tiġi rilaxxata l-assistenza finanzjarja li fadal għall-Greċja skont l-arranġament attwali.
Il-gvern Grieg iddeċieda li jsejjaħ referendum dwar dawn il-proposti. Dan huwa mistenni jsir il-Ħadd 5 ta' Lulju 2015, wara d-data ta' skadenza tal-arranġament attwali.
L-arranġament attwali ta' assistenza finanzjarja mal-Greċja jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2015. L-arranġamenti l-oħra kollha relatati mal-programm attwali tal-Greċja, inkluż it-trasferiment ta' profitti minn programm tas-swieq tat-titoli (SMP) minn stati membri taż-żona tal-euro u l-arranġament dwar assi finanzjarji netti (ANFA) jiskadu fl-istess data.
F'dikjarazzjoni li ħarġet wara l-ewwel parti tal-laqgħa, it-18-il membru tal-Grupp tal-Euro jiddispjaċihom li l-proposta mill-istituzzjonijiet ġiet irrifjutata b'mod unilaterali mill-awtoritajiet Griegi.
Il-ministri tat-18-il stat membru taż-żona tal-euro komplew bit-taħdidiet dwar il-passi ulterjuri li għandhom jittieħdu wara li fallew in-negozjati bejn l-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet Griegi.
Fid-dikjarazzjoni li ħarġet wara d-diskussjoni, il-ministri qallu li l-istati membri taż-żona tal-euro għandhom il-ħsieb li jużaw bis-sħiħ l-istrumenti kollha disponibbli biex jippreservaw l-integrità u l-istabbiltà taż-żona tal-euro. Dawn l-istrumenti ser jikkumplementaw kull azzjoni li jiddeċiedi li jieħu l-Bank Ċentrali Ewropew.
Il-ministri jinsabu lesti li jieħdu passi deċiżivi biex isaħħu aktar l-Unjoni Ekonomika u Monetarja.
Il-Grupp tal-Euro ser jissorvelja mill-qrib is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja fil-Greċja. Il-Grupp tal-Euro lest jerġa' jiltaqa' meta jkun hemm bżonn.
Il-ministri qablu li l-istati membri taż-żona tal-euro ser jassistu u jappoġġaw lill-Greċja u lill-poplu Grieg kif meħtieġ, wara li jiskadi l-arranġament finanzjarju attwali tal-Greċja mal-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja.
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President
- +32 478 83 26 64
- +32 2 281 75 32
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #EUROGROUP
Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025