Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Il-Grupp tal-Euro, 07/07/2015, 7 ta' Lulju 2015

Riżultati ewlenin

Il-Grupp tal-Euro ta merħba lill-Ministru tal-Finanzi ġdid Grieg Euclid Tsakalotos li ppreżenta s-sitwazzjoni fil-Greċja wara r-referendum fil-5 ta’ Lulju 2015. 

Il-Grupp tal-Euro qasam il-fehmiet tiegħu dwar it-triq 'il quddiem. 

Wara l-laqgħa l-President tal-Grupp tal-Euro Jeroen Dijsselbloem ħabbar li l-gvern Grieg ser jagħmel talba ġdida għal għajnuna finanzjarja mill-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES). It-talba hija mistennija għada, it-8 ta’ Lulju 2015. 

Il-Grupp tal-Euro jinsab lest li jorganizza konferenza telefonika fl-istess jum ladarba tasal it-talba.

Wara li tkun saret it-talba, il-President tal-Grupp tal-Euro ser jitlob lill-istituzzjonijiet - il-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Fond Monetarju Internazzjonali - jevalwaw u janalizzaw il-ħtiġijiet finanzjarji tal-Greċja u s-sostenibbiltà tad-dejn.  Wara l-evalwazzjoni l-Grupp tal-Euro jkun jista' jieħu deċiżjoni dwar jekk jistgħux jibdew in-negozjati formali. 

"Dan kollu jeħtieġ li jsir fi żmien ftit jiem, peress li għandna tassew ftit żmien", qal J.Dijsselbloem.

Skont ir-regoli tal-MES u t-trattati tal-UE, għajnuna finanzjarja lil stati membri tingħata b'kundizzjonijiet stretti. L-arranġament ta’ għajnuna finanzjarja li kellha l-Greċja qabel mal-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja skada fit-30 ta’ Ġunju 2015. 

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025