Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 12/07/2015, 12 ta' Lulju 2015

Riżultati ewlenin

Il-Grupp tal-Euro kompla d-diskussjoni dwar it-talba reċenti mill-awtoritajiet Griegi għal assistenza finanzjarja mill-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES) u l-proposti l-ġodda tagħhom għall-aġenda ta' riforma, ippreżentati fid-9 ta' Lulju 2015. 

Il-Grupp tal-Euro ddiskuta għadd ta’ proposti dwar it-triq ’il quddiem, li għandhom jiġu approvati mill-mexxejja taż-żona tal-euro. 

“Imxejna 'l quddiem sew, iżda xi kwistjonijiet kbar għadhom miftuħa, u b’hekk ser inħalluhom biex jiġu deċiżi mill-mexxejja”, qal il-President tal-Grupp tal-Euro Jeroen Dijsselbloem wara l-laqgħa.

Il-President tal-Grupp tal-Euro ser jirrapporta lill-kapijiet ta' stat jew ta' gvern taż-żona tal-euro dwar is-sitwazzjoni attwali.

Is-Summit taż-Żona tal-Euro jiltaqa’ fl-istess jum (12 ta’ Lulju) biex ikompli d-diskussjoni.

Ara wkoll

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025