Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 12/09/2015, 12 ta' Settembru 2015

Riżultati ewlenin

Sitwazzjoni ekonomika

Il-Grupp tal-Euro ddiskuta s-sitwazzjoni ekonomika attwali fiż-żona tal-euro, wara preżentazzjonijiet mill-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ċentrali Ewropew.

L-irkupru ekonomiku fiż-żona tal-euro mistenni jkompli, iżda possibbilment b’ritmu daqsxejn aktar bil-mod milli mistenni qabel. It-tnaqqis antiċipat huwa relatat ma’ fatturi esterni, bħat-tkabbir aktar bil-mod fiċ-Ċina u ekonomiji tas-suq emerġenti oħrajn.

Iż-żona tal-euro għalhekk jeħtieġ li tkompli ssegwi politiki fiskali sodi u riformi strutturali biex jintlaħaq tkabbir bilanċjat u sostenibbli.

Diskussjonijiet tematiċi dwar it-tkabbir u l-impjiegi

Il-Grupp tal-Euro kompla bid-diskussjoni dwar modi biex jitnaqqas il-piż kbir tat-taxxa fuq ix-xogħol fiż-żona tal-euro, li bħalissa hija l-ogħla fid-dinja.

Il-Ministri qablu dwar valutazzjoni komparattiva informali ta’ tassazzjoni fuq ix-xogħol fiż-żona tal-euro u adottaw dikjarazzjoni għal dak l-għan. Il-valutazzjoni komparattiva ser tippermetti lill-Istati Membri jqabblu s-sitwazzjoni tagħhom ma' dik tal-pajjiżi l-oħra meta jadottaw politiki nazzjonali.

Ċipru

Il-Grupp tal-Euro laqa' s-7 rieżami pożittiv tal-programm ta’ aġġustament ekonomiku ta’ Ċipru li għaddej bħalissa. Dan iwitti t-triq għall-proċeduri ta’ approvazzjoni f’għadd ta’ stati membri, u wara dan, il-bord ta' Gvernaturi tal-MES ser japprova formalment il-ħlas ta’ €500 miljun f’Ottubru.

Greċja

Il-Grupp tal-Euro ġie infurmat dwar l-aħħar żviluppi fil-Greċja.

Huwa fiduċjuż li l-gvern il-ġdid, li ser jiġi ffurmat wara l-elezzjonijiet ġenerali aktar tard dan ix-xahar, ser jaħdem b’mod kostruttiv mas-sħab tiegħu taż-żona tal-euro u l-istituzzjonijiet biex jiġi implimentat il-programm il-ġdid ta’ aġġustament ekonomiku tal-Greċja, maqbul f’Awwissu.

Ara wkoll:

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025