Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 13/07/2015, 13 ta' Lulju 2015

Riżultati ewlenin

Greċja

Il-ministri kellhom diskussjoni ta’ segwitu dwar il-ftehim innegozjat fil-Grupp tal-Euro u s-Summit taż-Żona tal-Euro matul l-aħħar jumejn, wara t-talba mill-Greċja għal għajnuna finanzjarja mill-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, li saret fid-9 ta’ Lulju 2015.

Fit-13 ta’ Lulju, il-mexxejja taż-żona tal-euro qablu dwar ġabra ta’ miżuri li għandhom jiġu implimentati qabel ma jkunu jistgħu jibdew in-negozjati formali dwar programm ġdid tal-MES.

Il-passi li jmiss

Il-President ippreżenta fil-qosor il-passi li jmiss li mistennija li jittieħdu skont dan il-ftehim:

  • Sal-Erbgħa (15 ta’ Lulju) il-Greċja hija mistennija timplimenta l-ewwel ġabra ta’ miżuri deskritti fid-dikjarazzjoni tas-Summit taż-Żona tal-Euro
  • Imbagħad jibdew il-proċeduri nazzjonali, li huma meħtieġa biex jawtorizzaw il-bidu tan-negozjati dwar il-programm
  • Wara l-proċeduri nazzjonali, il-Grupp tal-Euro ikun jista' jagħti lill-istituzzjonijiet mandat biex jibdew in-negozjati mal-awtoritajiet Griegi dwar Memorandum ta’ Qbil ġdid
  • B’mod parallel man-negozjati, l-awtoritajiet Griegi ser ikomplu jimplimentaw il-miżuri miftiehma
  • Imbagħad tittieħed id-deċiżjoni formali finali dwar il-programm tal-MES.

Finanzjament transitorju

Il-Grupp tal-Euro ddeċieda li jwaqqaf grupp ta’ ħidma ad-hoc magħmul minn esperti li ser jesplora l-għażliet kollha possibbli u jirrapporta aktar tard din il-ġimgħa. Il-Grupp tal-Euro mbagħad ser ikollu konferenza telefonika dwar din il-kwistjoni biex jiddeċiedi dwar il-passi li jmiss. 

Segwitu għall-Kunsill Ewropew ta' Ġunju: ir-Rapport tal-ħames presidenti

Il-ministri qasmu l-fehmiet tagħhom dwar ir-Rapport tal-ħames presidenti, li jiddeskrivi pjan biex tkompli tissaħħaħ l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM). Huma esprimew appoġġ qawwi għat-teħid ta’ passi ‘l quddiem f’dan il-proċess. Id-diskussjoni ser tkompli fil-laqgħa tal-Kunsill Ecofin fl-14 ta’ Lulju 2015.

Rieżami tal-patt fiskali: valutazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali

Il-Kummissjoni Ewropea għarrfet lill-Grupp tal-Euro dwar l-analiżi li qed tagħmel dwar kif l-istati membri li huma firmatarji tat-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza (magħruf bħala l-‘patt fiskali’) qed jittrasponu d-dispożizzjonijiet tal-patt dwar baġit ibbilanċjat fil-liġi nazzjonali. Il-Grupp tal-Euro ser jerġa' jiddiskuti din il-kwistjoni f’Settembru 2015.

Elezzjoni tal-President tal-Grupp tal-Euro

Il-Grupp tal-Euro eleġġa mill-ġdid lill-Ministru tal-Finanzi Olandiż Jeroen Dijsselbloem bħala l-President tiegħu għat-tieni terminu ta’ sentejn u nofs. 

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025