- Grupp tal-Euro
Grupp tal-Euro, 14/08/2015, 14 ta' Awwissu 2015
Riżultati tal-laqgħa
Fl-14 ta’ Awwissu 2015, il-Grupp tal-Euro ħareġ dikjarazzjoni fejn laqa’ l-ftehim li ntlaħaq bejn il-Greċja u l-istituzzjonijiet Ewropej, b’kontribut mill-FMI, dwar il-kondizzjonalità tal-politika sottostanti l-programm il-ġdid tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES) għall-Greċja.
Il-ħidma intensa kollha tal-aħħar ġimgħa tat il-frott u ppermettuli hawnhekk ukoll nestendi r-ringrazzjament tiegħi lill-timijiet kollha tal-istituzzjonijiet u t-timijiet tal-gvern Grieg li ħadmu bis-sħiħ dawn l-aħħar xhur biex jintlaħaq qbil”, qal il-President tal-Grupp tal-Euro Jeroen Dijsselbloem. “Il-ħidma intensa kollha tal-aħħar ġimgħa tat il-frott u ppermettuli hawnhekk ukoll nestendi r-ringrazzjament tiegħi lill-timijiet kollha tal-istituzzjonijiet u t-timijiet tal-gvern Grieg li ħadmu bis-sħiħ dawn l-aħħar xhur biex jintlaħaq qbil”, qal il-President tal-Grupp tal-Euro Jeroen Dijsselbloem.
Il-ftehim dwar faċilità ta’ assistenza finanzjarja tal-MES ser ikopri ammont sa €86 biljun. Dan jinkludi buffer sa massimu ta' €25 biljun għas-settur bankarju sabiex tiġi indirizzata r-rikapitalizzazzjoni tal-banek potenzjali u l-ispejjeż tar-riżoluzzjoni.
Il-Grupp tal-Euro iqis li l-elementi meħtieġa issa huma fis-seħħ biex jitnedew il-proċeduri nazzjonali rilevanti meħtieġa għall-approvazzjoni tal-assistenza finanzjarja tal-MES u biex il-Bord tal-Gvernaturi tal-MES japprova l-proposta sad-19 ta’ Awwissu.
Dan se jippermetti li jiġi żblukkat il-porzjon inizjali ta’ €26 biljun.
Il-ftehim huwa f’konformità mal-parametri u l-objettivi ewlenin stabbiliti mis-Summit taż-żona tal-euro tat-12 ta’ Lulju u jipprovdi qafas komprensiv biex l-ekonomija Griega terġa' tersaq lejn triq sostenibbli.
Il-Memorandum ta’ Qbil (MtQ) jinkludi firxa wiesgħa ta’ miżuri politiċi sabiex jiġu implimentati mill-Greċja:
- mira fuq żmien medju għal eċċess primarju ta’ 3.5% tal-PDG sal-2018 li għandu jinkiseb permezz ta’ riforma fiskali
- riforma ambizzjuża tas-sistema tal-pensjonijiet
- riformi ewlenin tas-suq tax-xogħol u tal-prodotti biex l-ekonomija tinfetaħ għall-investiment u l-kompetizzjoni
- miżuri tas-settur finanzjarju biex jissalvagwardjaw l-istabbiltà tiegħu, inkluża r-rikapitalizzazzjoni tal-banek u passi urġenti biex tiġi indirizzata l-problema tas-self improduttiv (NPL) fis-settur bankarju
Programm ta’ privatizzazzjoni
Il-Grupp tal-Euro enfasizza wkoll li l-programm ta’ privatizzazzjoni huwa l-pedament tal-programm il-ġdid tal-MES. Il-Grupp tal-Euro laqa’ l-impenn tal-awtoritajiet Griegi biex jadottaw leġislazzjoni ġdida biex jiġu żgurati proċeduri trasparenti ta' privatizzazzjoni u pprezzar adegwat tal-bejgħ tal-assi.
Ser jiġi stabbilit fond indipendenti fil-Greċja taħt is-superviżjoni tal-istituzzjonijiet Ewropej rilevanti sal-aħħar tal-2015 biex jinkludi l-programm ta’ privatizzazzjoni. Il-gvern Grieg huwa mistenni japprova l-pjan għal dan il-fond sal-aħħar ta’ Ottubru 2015.
Sostenibbiltà tad-dejn
Twettqet valutazzjoni mill-Kummissjoni, f’kollaborazzjoni mal-BĊE, dwar is-sostenibilità tad-dejn tal-Greċja. L-analiżi kkonkludiet li s-sostenibbiltà tad-dejn tista’ tintlaħaq permezz ta’ programm ta’ riforma ambizzjuż u kredibbli u miżuri addizzjonali relatati mad-dejn mingħajr telf impost nominali.
Jekk meħtieġ, il-Grupp tal-Euro jinsab lest li jikkunsidra miżuri addizzjonali possibbli biex jiġi żgurat li l-ħtiġijiet kbar ta’ finanzjament tal-Greċja jibqgħu f’livell sostenibbli.
L-involviment tal-FMI
Il-Grupp tal-Euro laqa’ l-intenzjoni tal-maniġment tal-FMI li jirrakkomanda lill-Bord Eżekuttiv tal-Fond biex jikkunsidra aktar appoġġ finanzjarju għall-Greċja ladarba:
- tkun tlestiet l-ispeċifikazzjoni sħiħa tar-riformi fiskali, strutturali u tas-settur finanzjarju
- tkun ġiet ikkunsidrata l-ħtieġa għal miżuri addizzjonali
- ikun intlaħaq qbil dwar il-ħelsien possibbli mid-dejn biex tkun żgurata s-sostenibbiltà tad-dejn
Ara wkoll
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President
- +32 478 83 26 64
- +32 2 281 75 32
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #EUROGROUP
Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025