Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 22/05/2017, 22 ta' Mejju 2017

Riżultati ewlenin

Greċja

Il-grupp tal-Euro laqa’ l-qbil preliminari milħuq bejn il-Greċja u l-istituzzjonijiet dwar sett ġdid ta’ riformi ta’ politika b’appoġġ għall-irkupru ekonomiku tal-pajjiż. Il-qbil huwa pass importanti biex jiġi ffinalizzat it-tieni rieżami tal-programm ta’ aġġustament makroekonomiku tal-Greċja.

Il-Grupp tal-Euro faħħar il-progress miksub mill-Greċja li diġà implimentat parti sinifikanti mill-azzjonijiet preliminari miftehma.

Il-miżuri ta’ riforma, leġislati mill-Greċja, ikopru oqsma bħall-pensjonijiet, it-taxxa fuq l-introjtu, is-suq tax-xogħol u s-settur tal-enerġija. Dawn għandhom jgħinu biex l-ekonomija terġa’ ssib bilanċ favur it-tkabbir u biex isaħħu l-istrateġija fiskali tal-Greċja fuq perjodu medju.

Il-grupp tal-Euro kellu diskussjoni approfondita dwar is-sostenibbiltà tad-dejn pubbliku tal-Greċja iżda ma laħaqx qbil ġenerali. Il-ħidma ser tkompli fil-ġimgħat li ġejjin skont il-qafas miftiehem f’Mejju 2016 bil-ħsieb li tintlaħaq konklużjoni definittiva fil-laqgħa li jmiss tal-Grupp tal-Euro.

Is-sitwazzjoni ekonomika fiż-żona tal-euro

Il-Grupp tal-Euro kellu skambju ta’ fehmiet dwar is-sitwazzjoni ekonomika u l-iżviluppi reċenti rigward l-inflazzjoni fiż-żona tal-euro, wara l-preżentazzjoni tat-tbassir ekonomiku tar-rebbiegħa 2017 mill-Kummissjoni, ippubblikat fil-11 ta’ Mejju 2017.

Spanja: Is-seba' missjoni ta’ sorveljanza ta’ wara l-programm

Il-grupp tal-Euro ġie infurmat fil-qosor dwar is-sejbiet ewlenin tas-seba’ missjoni ta’ sorveljanza ta’ wara l-programm fi Spanja, imwettqa mill-persunal tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Bank Ċentrali Ewropew fl-24-26 ta’ April.

Il-missjoni kkonfermat li ma kien hemm l-ebda riskju li Spanja ma tħallasx lura s-self li kienet irċeviet fil-kuntest tal-programm tagħha biex tirrikapitalizza s-settur bankarju tagħha fl-2012-2014, appoġġata mill-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025