Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Vidjokonferenza tal-Grupp tal-Euro, 24 ta' Marzu 2020

Minħabba l-miżuri ta' prekawzjoni kontra l-COVID-19, il-Grupp tal-Euro ltaqa' permezz ta' vidjokonferenza.

Riżultati ewlenin

Il-Grupp tal-Euro ddiskuta aktar risponsi ta' politika għar-riperkussjonijiet ekonomiċi tal-COVID-19, wara l-istedina tal-membri tal-Kunsill Ewropew fis-17 ta' Marzu.

Il-gvernijiet u l-istituzzjonijiet fl-UE qed jieħdu miżuri deċiżivi. L-ewwel nett, hemm żieda ċara fir-rispons fiskali tagħna. F'ġimgħa waħda biss, l-ammont totali tal-miżuri fiskali fil-livell nazzjonali rdoppja u issa huwa stmat għal 2% tal-PDG. Skemi ta' appoġġ ta' likwidità għal ditti u ħaddiema żdiedu minn 10% għal aktar minn 13% tal-PDG. It-tieni nett, qed jiġu implimentati miżuri kkoordinati fil-livell Ewropew, li jissupplimentaw l-isforzi nazzjonali. It-tielet, bdejna dibattitu dwar forom addizzjonali ta' appoġġ biex tissaħħaħ il-maniġġar ta' kriżijiet u biex titwitta t-triq għall-irkupru ekonomiku. Il-President tal-Grupp tal-Euro Mário Centeno

Il-President tal-Grupp tal-Euro ser jirrapporta lill-membri tal-Kunsill Ewropew fil-vidjokonferenza tagħhom li jmiss fis-26 ta' Marzu.

Il-President tal-Grupp tal-Euro Mário Centeno
Hemm appoġġ ġenerali biex tiġi kkunsidrata salvagwardja ta' appoġġ għall-kriżi Pandemika abbażi ta' strument prekawzjonarju eżistenti tal-MES, bħal-Linja ta' Kreditu b'Kundizzjonijiet Imsaħħa (ECCL). Din għandha tipprovdi linja addizzjonali ta' difiża għall-euro u taħdem bħala assigurazzjoni li tipproteġina minn din il-kriżi li qed tiżviluppa.
Il-President tal-Grupp tal-Euro Mário Centeno
Il-President tal-Grupp tal-Euro Mário Centeno
Mário Centeno, President tal-Grupp tal-Euro, mexxa konferenza stampa fl-24 ta' Marzu 2020.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025