"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Vidjokonferenza tal-Grupp tal-Euro, 15 ta' Mejju 2020
Riżultati ewlenin
Format regolari (pajjiżi taż-żona tal-euro)
Żona tal-euro: il-perspettiva u l-isfidi ekonomiċi
Il-president tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew (ECON), Irene Tinagli, ġiet mistiedna mill-President Mário Centeno għal diskussjoni dwar il-perspettiva ekonomika taż-żona tal-euro fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19.
L-iskambju huwa parti minn djalogu kontinwu li għandu l-għan li jsaħħaħ l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-Grupp tal-Euro.
Format inklużiv (UE 27)
Rispons ekonomiku għall-kriżi tal-COVID-19
Il-Grupp tal-Euro eżamina mill-ġdid il-progress li sar fuq ix-xbieki ta' sikurezza ekonomiċi li ntlaħaq qbil dwarhom fil-vidjokonferenza tal-Grupp tal-Euro tad-9 ta' April u approvati mill-membri tal-Kunsill Ewropew.
Id-deċiżjonijiet politiċi mingħajr preċedent li ttieħdu fil-Grupp tal-Euro xahar ilu qed jiġu msarrfa f'realtà legali fi żmien rekord. Għamilna progress tajjeb dwar it-tliet xbieki ta' sikurezza: il-miżura ta' appoġġ fil-kriżi pandemika proposta taħt il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà qed topera mil-lum, u l-Kunsill laħaq qbil dwar SURE. Ħejjejna l-bażi għal qbil dwar il-fond ta' garanzija għan-negozji tal-Bank Ewropew tal-Investiment.
Il-President tal-Grupp tal-Euro Mário Centeno
Il-ministri kellhom ukoll diskussjoni strateġika dwar il-prijoritajiet għall-irkupru ekonomiku tal-UE.
Il-Grupp tal-Euro kien diġà qabel dwar xi karatteristiċi ewlenin tal-fond ta' rkupru. Dan għandu jkun temporanju, immirat, u proporzjonat mal-ispejjeż straordinarji ta' din il-kriżi. Għandu jgħin biex l-ispejjeż jinqasmu fuq perjodu ta' żmien u jiżgura s-solidarjetà mal-istati membri l-aktar milquta. Illum ikkumplimentajna dawn il-linji maqbula b'diskussjoni strateġika dwar il-karatteristiċi, it-tfassil, id-daqs u l-prijoritajiet għall-irkupru.
Il-President tal-Grupp tal-Euro Mário Centeno
Ir-rispons ta' emerġenza tal-UE għall-pandemija tal-COVID-19 (Infografika)
Il-qafas ta' għajnuna mill-istat
Il-Kummissjoni Ewropea infurmat lill-ministri dwar it-tieni emenda adottata fit-8 ta' Mejju 2020 biex testendi l-ambitu tal-qafas temporanju ta' għajnuna mill-istat. Il-qafas temporanju ġie adottat fid-19 ta' Marzu 2020 biex jgħin lill-istati membri jappoġġaw l-ekonomija fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.