"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Il-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) iwettaq konsultazzjoni annwali dwar il-politiki taż-żona tal-euro. Il-FMI ppreżenta s-sejbiet ewlenin tal-missjoni interim tiegħu tal-Artikolu IV taż-żona tal-euro lill-ministri għall-finanzi taż-żona tal-euro.
L-ekonomija taż-żona tal-euro għaddejja minn tnaqqis fir-ritmu iżda qed tkompli tikber - it-tul ta' dan il-perjodu ta' tkabbir u l-għadd ta' impjiegi maħluqa qed jiksru r-rekords kollha.
Il-President tal-Grupp tal-Euro, Mário Centeno
Portugall: abbozz aġġornat tal-pjan baġitarju
Il-Grupp tal-Euro ddiskuta l-abbozz aġġornat tal-pjan baġitarju tal-Portugall għall-2020, abbażi ta' opinjoni tal-Kummissjoni, u adotta dikjarazzjoni.
Il-Portugall għamel ħafna progress f'dawn l-aħħar snin. Huwa ser jirreġistra surplus fiskali fl-2020 - notevoli meta mqabbel ma' żminijiet ta' kriżi.
Il-President tal-Grupp tal-Euro, Mário Centeno
Il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha għall-abbozz ta' rakkomandazzjoni dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro għall-2020.
Bħala parti mis-Semestru Ewropew, fir-rebbiegħa, il-Kunsill jindirizza rakkomandazzjonijiet annwali dwar il-politika ekonomika għaż-żona tal-euro. Ir-rakkomandazzjonijiet issa ser ikunu:
diskussi ulterjorment fil-Grupp tal-Euro
approvati mill-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (Ecofin)
adottati formalment mill-Kunsill wara l-approvazzjoni fil-Kunsill Ewropew ta' Marzu
Prijoritajiet ta' politika tal-gvernijiet il-ġodda ta' Spanja, l-Awstrija u l-Finlandja
Il-Ministru Calviño, il-Ministru Blümel u l-Ministru Kulmuni ppreżentaw il-prijoritajiet ta' politika tal-gvernijiet il-ġodda ta' Spanja, l-Awstrija u l-Finlandja. Din hija prattika standard fil-Grupp tal-Euro meta gvernijiet ġodda jibdew il-mandat tagħhom.
Format inklużiv
Approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja
Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-organizzazzjoni tal-ħidma ulterjuri dwar l-approfondiment tal-UEM fix-xhur li ġejjin, bħala segwitu għas-Summit tal-Euro tat-13 ta' Diċembru 2019.
Fis-Summit tal-Euro, il-mexxejja qablu li l-ministri għall-finanzi għandhom ikomplu l-ħidma dwar l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM). B'mod partikolari:
ir-riformi tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES)
soluzzjonijiet għall-finanzjament tal-Istrument Baġitarju għall-Konverġenza u l-Kompetittività (BICC)
it-triq 'il quddiem dwar l-unjoni bankarja
Ninsab ottimist li f'dan is-semestru ser nintensifikaw ir-riforma taż-żona tal-euro.
Il-President tal-Grupp tal-Euro, Mário Centeno
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.