Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 17 ta' Frar 2020

Riżultati ewlenin

Format regolari

Il-ħatra tal-President tal-Grupp ta' Ħidma tal-Grupp tal-Euro

Il-Grupp tal-Euro ħatar lil Tuomas Saarenheimo bħala l-President tal-Grupp ta' Ħidma tal-Grupp tal-Euro (EWG).

Saarenheimo ser jieħu l-kariga mill-1 ta' April 2020 u ser ikollu mandat ta' sentejn. Ser jieħu post Hans Vijlbrief li okkupa l-pożizzjoni bejn Frar 2018 u Jannar 2020.

Preżentazzjonijiet mill-Kummissjoni: Prijoritajiet tal-UEM u r-rieżami tas-Six-Pack u tat-Two Pack – kwistjonijiet marbutin maż-żona tal-euro

Il-Kummissjoni ppreżentat il-prijoritajiet tagħha għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) kif ukoll il-punti ewlenin tal-komunikazzjoni tagħha dwar ir-rieżami tal-governanza ekonomika, filwaqt li ffukat fuq dawk li huma rilevanti għaż-żona tal-euro.

Xi elementi tal-governanza ekonomika tal-UE huma applikabbli biss għaż-żona tal-euro, b'mod partikolari l-hekk imsejħa riformi tat-"2-pack" li ġew introdotti fl-2013 biex jiġi stabbilit qafas għat-trattament tal-istati membri li jkunu qed jiffaċċaw diffikultajiet ta' stabbiltà finanzjarja u biex tissaħħaħ il-koordinazzjoni baġitarja.

Il-President tal-Grupp tal-Euro Mário Centeno
Filwaqt li ma hemm l-ebda intenzjoni li jiġi riformat il-qafas ta' governanza tagħna, hemm ukoll appoġġ għas-simplifikazzjoni tar-regoli fiskali tagħna, għall-prevenzjoni tal-proċikliċità u biex jiġi kkunsidrat kif dawn ir-regoli jistgħu jgħinuna nindirizzaw l-isfidi ġodda tal-politika tal-UE.
Il-President tal-Grupp tal-Euro Mário Centeno
Il-President tal-Grupp tal-Euro Mário Centeno

Diskussjoni tematika dwar it-tkabbir u l-impjiegi: porzjon ta' taxxa fuq ix-xogħol

Bħala parti mid-diskussjonijiet tematiċi dwar it-tkabbir u l-impjiegi, il-Grupp tal-Euro kellu skambju ta' fehmiet dwar il-porzjon ta' taxxa fuq ix-xogħol. Id-diskussjoni ffukat fuq il-bidla minn tassazzjoni fuq ix-xogħol għal tassazzjoni ambjentali.

Nota teknika mill-Kummissjoni u preżentazzjoni mill-Professur Ottmar Edenhofer, Direttur tal-Mercator Research Institute on Global Commons and Climate Change (MCC) u tal-Potsdam Institute for Climate Impact Research (PIK), informaw id-dibattitu.

Irlanda – Sorveljanza ta' wara l-programm

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ippreżentaw is-sejbiet ewlenin tat-12-il missjoni ta' sorveljanza ta' wara l-programm fl-Irlanda li twettqet bejn id-19 u l-21 ta' Novembru.

Il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES) informa lill-ministri dwar is-sistema ta' twissija bikrija tiegħu. Il-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) informa wkoll lill-Grupp tal-Euro dwar iż-żjara tal-persunal tiegħu fl-Irlanda.

Is-sitwazzjoni ekonomika fiż-żona tal-euro - tbassir tax-xitwa tal-Kummissjoni

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar is-sitwazzjoni ekonomika taż-żona tal-euro abbażi tat-tbassir tax-xitwa tal-Kummissjoni.

Diskussjonijiet regolari dwar is-sitwazzjoni ekonomika u l-isfidi tal-politika ekonomika jirfdu l-isforzi tal-Grupp tal-Euro biex isaħħaħ it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi.

L-ekonomija taż-żona tal-euro qed tkompli tikber, għalkemm b'pass kajman. Filwaqt li xi wħud mir-riskji naqsu kemxejn, it-tifqigħa reċenti tal-coronavirus hija ta' tħassib, u ser ikollna nimmonitorjaw is-sitwazzjoni mill-qrib. Il-President tal-Grupp tal-Euro Mário Centeno

Rakkomandazzjonijiet għall-2020 għaż-żona tal-euro

Il-Grupp tal-Euro ddiskuta l-abbozzi ta' rakkomandazzjonijiet għall-2020 indirizzati liż-żona tal-euro, qabel l-approvazzjoni tagħhom fil-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji. Huwa qabel dwar ħames prijoritajiet għall-2020:

  • ir-riformi strutturali
  • is-sostenibbiltà fiskali u l-investiment pubbliku
  • is-swieq tax-xogħol u l-inklużjoni soċjali
  • l-istabbiltà finanzjarja
  • l-approfondiment tal-UEM

Format inklużiv

L-istrument baġitarju għall-konverġenza u l-kompetittività: rapport dwar Ftehim Intergovernattiv (IGA) possibbli

Il-ministri adottaw rapport għall-mexxejja tal-UE, li jkopri l-ħtieġa, il-kontenut, il-modalitajiet u d-daqs ta' IGA possibbli għall-istrument baġitarju ta' konverġenza u l-kompetittività (BICC).

Fis-summit tal-Euro ta' Diċembru 2019, il-mexxejja tal-UE stiednu lill-Grupp tal-Euro biex jipprovdi kontribut malajr dwar is-soluzzjonijiet xierqa għall-finanzjament tal-istrument baġitarju għall-konverġenza u l-kompetittività (BICC), abbażi tad-dokument ta' Ottubru 2019 dwar il-kondizzjonijiet, sabiex ikunu jistgħu jiffinalizzawh fil-kuntest tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss.

Unjoni Bankarja: rapport mid-Danimarka u l-Iżvezja

Kemm id-Danimarka kif ukoll l-Iżvezja reċentement ħarġu rapporti dwar l-implikazzjonijiet ta' parteċipazzjoni possibbli fl-unjoni bankarja. Il-Ministri Nicolai Wammen u Magdalena Andersson ippreżentaw l-elementi ewlenin ta' dawn ir-rapporti.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025