Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 15 ta' Settembru 2023

Riżultati ewlenin

Filmat tal-punti ewlenin mil-laqgħa tal-Grupp tal-Euro tal-15 ta' Settembru 2023 li saret f'Santiago de Compostela, Spanja

Żviluppi makroekonomiċi

Il-Grupp tal-Euro ddiskuta l-iżviluppi makroekonomiċi u l-koordinazzjoni tal-politika. Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat it-tbassir ekonomiku (interim) tas-sajf tagħha, u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) aġġorna lill-ministri dwar il-politika monetarja. Irene Tinagli, president tal-kumitat għall-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-Parlament Ewropew, ġiet mistiedna tieħu sehem fl-iskambju ta' fehmiet.

Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Ir-reżiljenza ġenerali taż-żona tal-euro għadha ċara ħafna. Il-politika fiskali għandha tkun prudenti u jeħtieġ li taħdem f'allinjament mal-bidliet fil-politika monetarja.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Proċess tal-għażla għal membru ġdid tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE

Il-Grupp tal-Euro ta l-appoġġ tiegħu għall-kandidatura ta' Piero Cipollone biex isir membru ġdid tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew, biex jissostitwixxi l-membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE li ser jispiċċa, Fabio Panetta.

Il-ħatra tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew
Il-ħatra tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (Infografika)

Il-ħatra tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (Infografika)

Aġġornament dwar ir-ratifika tat-trattat dwar il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES)

Il-Grupp tal-Euro evalwa l-progress li sar bir-ratifika tat-trattat dwar il-MES u ġie infurmat dwar il-ħidma teknika li għaddejja mill-MES.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025