"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Highlights from Eurogroup meeting held in Brussels on 13 July 2023
Il-pożizzjoni fiskali taż-żona tal-euro
Il-Grupp tal-Euro ddiskuta s-sitwazzjoni ekonomika u baġitarja fiż-żona tal-euro u l-gwida għall-politika fiskali għall-2024, b'segwitu għall-gwida fiskali tiegħu ta' Marzu.
Qbilna dwar il-pożizzjoni fiskali meħtieġa għaż-żona tal-euro għall-2024. Din għandha ssegwi konsolidazzjoni fiskali determinata, gradwali u realistika li tinkludi riformi, iżda tfittex ukoll li żżid l-investiment permezz ta' sorsi privati u pubbliċi, kif ukoll permezz ta' appoġġ u strumenti tal-UE.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Il-president tal-Bord Fiskali Ewropew (EFB), Niels Thygesen, ippreżenta r-rapport reċenti tal-bord dwar il-pożizzjoni fiskali taż-żona tal-euro. Il-Kummissjoni wkoll ippreżentat l-analiżi tagħha.
Il-Grupp tal-Euro adotta dikjarazzjoni dwar il-pożizzjoni fiskali għaż-żona tal-euro għall-2024, bil-ħsieb tat-tħejjija tal-baġits nazzjonali tas-sena d-dieħla.
Il-ministri qasmu fehmiet dwar ir-rwol internazzjonali tal-euro, abbażi tar-rieżami annwali ppubblikat mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). Il-Kummissjoni wkoll ippreżentat il-fehmiet u l-analiżi tagħha.
Il-ministri ddiskutew il-futur tas-swieq kapitali u finanzjarji Ewropej, b'segwitu għal-laqgħa tal-Grupp tal-Euro tal-15 ta' Ġunju, fejn il-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), il-BĊE u l-Kummissjoni ppreżentaw il-fehmiet tagħhom dwar is-sitwazzjoni attwali.
Kważi l-ministri kollha daħlu biex jikkontribwixxu għal dan is-suġġett. Huma aġġornawna dwar xogħolhom f'pajjiżhom u l-ideat li jaħsbu li ta' min isegwi biex napprofondixxu s-swieq kapitali tagħna. Din hija t-tieni parti ta' rendikont li wettaqna dwar in-natura tas-swieq tal-UE bħalissa. Wara l-waqfa tas-sajf, ser nisimgħu mingħand dawk li jiddependu mis-swieq kapitali biex jiffinanzjaw l-impjiegi u t-tkabbir fl-Ewropa. U ser nieħdu kont tagħhom fil-ħidma tagħna dwar ir-rakkomandazzjonijiet li ser nagħmlu fl-ewwel nofs tas-sena d-dieħla.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Il-ministri wieġbu għal dawk il-kontributi u qasmu l-esperjenzi domestiċi pożittivi tagħhom fl-iżvilupp tas-swieq finanzjarji u kapitali, il-fatturi li jħaddmu l-politika, u l-isfidi li ltaqgħu magħhom.
Il-ministri komplew jiddiskutu l-euro diġitali, b'segwitu għall-pakkett leġiżlattiv dwar il-munita unika ppubblikat mill-Kummissjoni Ewropea fit-28 ta' Ġunju.
L-euro diġitali huwa frott l-evoluzzjoni naturali tal-munita komuni tagħna. B'ebda mod ma jfisser li jintemmu l-flus kontanti. Ifisser li noffru verżjoni diġitali tal-flus kontanti f'dinja li qed issir dejjem aktar diġitali. Naturalment, jonqos ħafna xi jsir qabel ma naraw l-euro diġitali fil-kartieri virtwali tagħna. Iżda llum kien mument importanti ta' diskussjoni politika, b'mod demokratiku, dwar kif il-munita tagħna tista' tiżviluppa.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Il-proposti tal-Kummissjoni ser ikunu soġġetti għal diskussjonijiet politiċi bir-reqqa fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.