"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji tal-istati membri taż-żona tal-euro
Il-Grupp tal-Euro ser jiddiskuti s-sitwazzjoni baġitarja ġenerali u l-prospetti fiż-żona tal-euro, u jeżamina s-sitwazzjoni ekonomika u fiskali tal-istati membri taż-żona tal-euro. Din id-diskussjoni hi msejsa fuq l-opinjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji tal-istati membri taż-żona tal-euro u fuq il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni ġenerali tagħha tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji, ippubblikata fil-21 ta' Novembru 2023.
L-eżitu ta' din id-diskussjoni mistenni li jiġi rifless f'dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro.
While we need to maintain agility and be capable of adapting to conditions in the world and in Europe, an overall restrictive budget stance in the euro area for 2024 is appropriate. This is consistent with the statement that we issued on budget policy before the summer. A coordinated and careful approach to fiscal policies is essential not only for next year, but beyond.
Paschal Donohoe, President of the Eurogroup
The Eurogroup discussed the overall budgetary situation and prospects in the euro area and reviewed the economic and fiscal situation of the euro area member states. This discussion was based on Commission opinions on the draft budgetary plans (DBPs) of the euro area member states and on the Commission communication on its overall assessment of the DBPs, published on 21 November 2023.
Il-ministri ser ikollhom skambju tal-ewwel fehmiet dwar ir-rakkomandazzjoni għaż-żona tal-euro ppubblikata mal-pakkett tal-ħarifa fil-21 ta' Novembru 2023.
Ir-rakkomandazzjoni għaż-żona tal-euro mistenni jintlaħaq qbil dwarha fil-laqgħat tal-Grupp tal-Euro u tal-ECOFIN tal-15 u s-16 ta' Jannar 2024 qabel ma tintbagħat lill-Kunsill Ewropew għal-laqgħa tiegħu tal-21 u t-22 ta' Marzu 2024.
Prijoritajiet politiċi tal-gvern il-ġdid tal-Lussemburgu
Il-ministru għall-finanzi Gilles Roth ser jiġi mistieden jippreżenta l-prijoritajiet tal-politika ekonomika u finanzjarja tal-gvern il-ġdid tal-Lussemburgu. Din hija prattika standard fil-Grupp tal-Euro meta gvernijiet ġodda jibdew il-mandat tagħhom.
Aġġornament dwar ir-ratifika tat-trattat dwar il-MES
Il-Grupp tal-Euro ser jiżen il-progress li sar fir-ratifika tat-trattat dwar il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES).
Wara l-approċċ maqbul f'Mejju fil-Grupp tal-Euro f'format inklużiv, il-ministri ser ikomplu l-iskambju ta' fehmiet tagħhom dwar il-futur tas-swieq kapitali u finanzjarji Ewropej.
It-tieni fażi ta' ħidma, li ġiet imnebbħa minn skambji mal-parteċipanti fis-suq, mistennija li tiġi konkluża b'perspettiva komprensiva u wiesgħa mogħtija minn Mathias Cormann, segretarju ġenerali tal-OECD, u Thomas Wieser, eks president tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (KEF)/Grupp ta' Ħidma tal-Grupp tal-Euro (EWG) u tal-forum ta' livell għoli dwar l-unjoni tas-swieq kapitali tal-2020. Fuq il-bażi tal-preżentazzjonijiet tagħhom, il-ministri mistennija jenfasizzaw xi miżuri politiċi ta' prijorità biex jindirizzaw il-kwistjonijiet imqajma s'issa, u b'hekk iwittu t-triq għar-riżultat finali fl-aħħar fażi tal-ħidma tal-Grupp tal-Euro.
Today’s discussion confirmed the strong engagement from Ministers to take work forward in a decisive manner. We have now concluded our exploratory phase of identifying obstacles, drivers for progress and possible solutions to develop our capital markets. From early next year, we intend to set political priorities for the work ahead, both at EU and national level. The end objective would be to allow our capital markets to play their role as a catalyst for our growth, competitiveness, twin transition, resilience and strategic autonomy.
Paschal Donohoe, President of the Eurogroup
Based on their presentations, ministers highlighted some priority policy measures to address the issues raised so far, paving the way for the final output in the last phase of the Eurogroup work.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.