Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 8 ta' Novembru 2023

Riżultati prinċipali

Filmat tal-punti ewlenin mil-laqgħa tal-Grupp tal-Euro li saret fit-8 ta' Novembru fi Brussell

F'format regolari:

Żviluppi makroekonomiċi

Bħala parti mill-monitoraġġ regolari tal-Grupp tal-Euro tal-iżviluppi ekonomiċi, l-istituzzjonijiet ipprovdew l-analiżi tagħhom tal-iżviluppi makroekonomiċi l-aktar reċenti, inkluż l-inflazzjoni, u l-implikazzjonijiet possibbli għall-koordinazzjoni fiskali.

Abbażi ta' dan, il-ministri rriflettew fuq l-isfidi ewlenin fil-futur għall-prospetti makroekonomiċi u baġitarji għall-2024, bħala tħejjija tal-bażi għad-diskussjoni tal-Grupp tal-Euro f'Diċembru dwar l-abbozzi ta' pjanijiet baġitarji.

Kompetittività taż-żona tal-euro

Bħala parti minn fluss ta' ħidma ġdid dwar il-kompetittività taż-żona tal-euro u abbażi ta' nota mħejjija mill-Kummissjoni Ewropea, il-Grupp tal-Euro kellu l-ewwel diskussjoni ffukata fuq is-sitwazzjoni attwali tal-kompetittività taż-żona tal-euro, l-isfidi u l-kompromessi politiċi ewlenin tal-futur.

Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Hekk kif issir diskussjoni madwar l-Unjoni Ewropea dwar il-livell ta' kompetittività li ngawdu fi ħdan l-ekonomija globali, kif qed tinbidel, u x'jeħtieġ li jsir, jien impenjat li niżgura li l-Grupp tal-Euro u l-ministri għall-finanzi jkollhom vuċi f'dak id-dibattitu u li l-fehmiet tagħhom dwar x'għandna nagħmlu fil-futur għall-ekonomiji tagħna ikunu ċari u enfasizzati.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

F'format tal-unjoni bankarja:

Aġġornament dwar l-unjoni bankarja

Il-ministri tal-pajjiżi li jagħmlu parti mill-unjoni bankarja semgħu r-rapporti biannwali tal-presidenti tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku u tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni. Iddiskutew is-saħħa tas-sistema bankarja u x'għad fadal li jsir biex nippreservaw ir-reżiljenza tas-sistema tagħna u nindirizzaw l-isfidi tal-futur.

Aħna rrikonoxxejna s-saħħa tas-sistema bankarja u finanzjarja tagħna, li wriet ir-reżiljenza tagħha quddiem diversi xokkijiet. Dan huwa riżultat tal-azzjoni deċiżiva li ttieħdet fil-livell Ewropew. Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

F'format inklużiv:

Il-futur tas-swieq kapitali u finanzjarji Ewropej

Wara l-approċċ maqbul f'Mejju mill-Grupp tal-Euro f'format inklużiv, il-ministri komplew l-iskambju ta' fehmiet tagħhom mal-parteċipanti fis-suq dwar il-futur tas-swieq kapitali u finanzjarji Ewropej. L-enfasi kienet fuq l-investituri istituzzjonali, inkluż il-fondi ta' investimenti sovrani u l-fondi tal-pensjonijiet, u l-parteċipazzjoni fil-livell tal-konsumaturi.

Ilkoll nafu li hemm potenzjal enormi biex tingħata spinta lill-investiment bl-imnut u istituzzjonali fl-Unjoni Ewropea, u l-Kummissjoni diġà għandha inizjattivi tassew importanti li għaddejjin f'dan ir-rigward. Irridu nibnu fuq dik il-ħidma u nħarsu lejn kif nistgħu niħduha fil-livell li jmiss. Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Il-Grupp tal-Euro ddiskuta mal-mistednin tiegħu dwar kif jista' jissaħħaħ il-kontribut tal-investituri istituzzjonali għas-swieq kapitali Ewropej, b'enfasi partikolari fuq l-istrateġiji ta' investiment u fuq l-indirizzar tal-frammentazzjoni tas-swieq kapitali tal-UE.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025