"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Żviluppi makroekonomiċi u politika fiskali fiż-żona tal-euro fl-2025
Il-Grupp tal-Euro adotta dikjarazzjoni dwar l-orjentazzjoni tal-politika fiskali għall-2025.
Illum qbilna li pożizzjoni fiskali kemxejn restrittiva hija xierqa fl-istadju attwali. Fid-dawl tal-qafas fiskali rivedut li dieħel fis-seħħ, ser inkomplu nsegwu riformi strutturali ambizzjużi u nippreservaw il-livell ta' investiment, inkluż f'oqsma ta' prijoritajiet komuni tal-UE.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Il-ministri evalwaw l-iżviluppi makroekonomiċi u fiskali fiż-żona tal-euro u kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-orjentazzjoni għall-politika fiskali għall-2025.
Il-Grupp tal-Euro adotta dikjarazzjoni dwar il-futur tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali.
Irridu li l-UE tkun mexxejja aktar b'saħħitha fid-dinja fir-rigward tal-innovazzjoni u l-industriji l-ġodda. Biex nilħqu dan l-għan, irridu niżguraw li n-negozji jkollhom modi differenti kif jaċċessaw il-flus li jeħtieġu u rridu nagħtuhom aktar opportunitajiet biex jikbru u jespandu fl-Ewropa, u biex jikkompetu aħjar fix-xena dinjija. Issa qbilna dwar ambizzjoni komuni dwar din l-opportunità vitali li tmur fil-qalba tal-kompetittività f'kull wieħed mill-pajjiżi tagħna u fl-UE kollettivament.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Id-dikjarazzjoni tibni fuq kważi sena ta' diskussjonijiet ta' politika dwar il-futur tas-swieq kapitali Ewropej imwettqa mal-ministri mill-istati membri kollha tal-UE. L-objettiv huwa li d-dikjarazzjoni tiġi ppreżentata lill-mexxejja fis-Summit tal-Euro f'Marzu 2024.
Il-president Donohoe ippreżenta l-elementi ewlenin tal-ittra li ser jindirizza lill-president tas-Summit tal-Euro fil-kapaċità personali tiegħu, li fiha jirrapporta dwar il-ħidma mwettqa fil-Grupp tal-Euro minn Ottubru 2023 u jiddeskrivi l-pjanijiet għax-xhur li ġejjin.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.