Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 15 ta' Jannar 2024

Riżultati prinċipali

Artikolu IV tal-FMI: missjoni fiż-żona tal-euro

Il-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) ippreżenta l-eżitu taż-żjara interim tal-persunal tiegħu fiż-żona tal-euro skont l-artikolu IV. Ir-rieżami tal-FMI huwa mistenni jiġi konkluż sa Ġunju 2024.

Il-ministri ngħataw ukoll informazzjoni mill-istituzzjonijiet dwar il-valutazzjoni tagħhom tal-aħħar żviluppi u prospetti makroekonomiċi.

Ir-rieżami fiż-żona tal-euro skont l-artikolu IV huwa eżerċizzju regolari li fih il-FMI jirrevedi l-iżviluppi ekonomiċi, jikkonsulta ma' dawk li jfasslu l-politika taż-żona tal-euro u jipprovdi pariri politiċi mmirati. Id-diskussjonijiet fil-Grupp tal-Euro huma opportunità siewja għal skambju ta' fehmiet dwar l-iżviluppi attwali u l-isfidi emerġenti.

Rakkomandazzjoni għaż-żona tal-euro għall-2024

Il-ministri ddiskutew l-abbozz ta' rakkomandazzjonijiet dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro għall-2024, qabel l-approvazzjoni tagħhom mill-Kunsill ECOFIN fis-16 ta' Jannar.

Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni, il-Kunsill jindirizza rakkomandazzjonijiet annwali dwar il-politika ekonomika liż-żona tal-euro kollha kemm hi fis-Semestru Ewropew. Ir-rakkomandazzjonijiet l-ewwel jiġu diskussi fil-Grupp tal-Euro u mbagħad jiġu adottati formalment mill-Kunsill wara l-approvazzjoni mill-Kunsill Ewropew.

Kompetittività taż-żona tal-euro

Bħala parti mill-fluss ta' ħidma dwar il-kompetittività taż-żona tal-euro u filwaqt li bena fuq nota mħejjija mill-Kummissjoni, il-Grupp tal-Euro kellu t-tieni diskussjoni dwar il-kompetittività esterna taż-żona tal-euro, b'enfasi fuq il-bidliet fil-prezzijiet tal-enerġija fiż-żona tal-euro, l-impatt tagħhom fuq l-ekonomija taż-żona tal-euro u r-risponsi politiċi fil-ġejjieni.

Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Nagħrfu l-ħtieġa li nnaqqsu l-esponiment tagħna għall-varjazzjonijiet fil-prezzijiet dinjin fis-settur tal-enerġija. U nagħrfu li dan jista' jsir biss permezz ta' koordinazzjoni u permezz ta' integrazzjoni aħjar. Il-modi ewlenin li bihom jista' jinkiseb dan huma d-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija, l-introduzzjoni gradwali tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, il-progress fid-dekarbonizzazzjoni, u l-ħidma fuq l-interkonnessjonijiet fis-swieq tal-elettriku Ewropej.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Il-ministri laqgħu lil Christian Zinglersen, id-direttur tal-aġenzija tal-UE għall-kooperazzjoni tar-regolaturi tal-enerġija (ACER), u lil Jeromin Zettelmeyer, id-Direttur ta' Bruegel, għall-perspettivi tagħhom.

Programm ta' ħidma tal-Grupp tal-Euro għal I/2024

Il-President tal-Grupp tal-Euro ppreżenta l-programm ta' ħidma tal-Grupp tal-Euro, li jkopri l-ewwel nofs ta' din is-sena. Il-ministri taw il-fehmiet tagħhom u approvawh.

Il-programm ta' ħidma tagħna għal dan is-semestru hu msejjes fuq erba' prijoritajiet ewlenin, dawk li nsejjaħ il-"4Cs", il-koordinazzjoni, is-swieq kapitali, il-kompetittività, u l-munita komuni tagħna. Dan jinkludi l-ħidma tagħna għal dikjarazzjoni dwar il-ġejjieni tas-swieq kapitali u finanzjarji Ewropej, li beħsiebni nippreżenta lis-Summit tal-Euro fir-rebbiegħa. Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Mixxellanji: Rendikont dwar ir-ratifika tat-trattat dwar il-MES

Il-Grupp tal-Euro evalwa s-sitwazzjoni attwali b'rabta mar-ratifika tal-ftehim li jemenda t-trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà.

Is-sistema bankarja għadha kkapitalizzata sew. Il-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni, naturalment, huwa mibni b'mod sħiħ, mutwalizzat u disponibbli jekk meħtieġ. Madankollu, in-nuqqas ta' ratifika ta' dan it-trattat rivedut tfisser li l-isforzi tagħna biex nibnu Unjoni Bankarja għad jonqoshom garanzija ta' kontinġenza komuni għall-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni u għad jonqoshom għodda b'saħħitha biex tgħinna nindirizzaw l-effetti tad-diffikultà bankarja. Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025