"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Wara l-approċċ maqbul f'Mejju 2023 mill-Grupp tal-Euro (f'format inklużiv), il-ministri komplew jiskambjaw fehmiet dwar il-futur tas-swieq kapitali u finanzjarji Ewropej. Id-diskussjoni ffukat fuq l-aspetti ewlenin ta' dikjarazzjoni li għandha tiġi adottata f'Marzu bil-ħsieb li jiġu identifikati l-prijoritajiet ewlenin tal-politika dwar il-konverġenza biex jiggwidaw il-ħidma futura fil-livell tal-UE u tal-istati membri.
Ilkoll qbilna dwar l-urġenza li jsir progress u dwar il-bżonn li tittieħed azzjoni. L-għan aħħari huwa li l-kumpaniji Ewropej jingħataw l-opportunitajiet ta' finanzjament biex jinnovaw u jikbru fl-Ewropa. Fl-istess ħin iċ-ċittadini tagħna jkollhom opportunitajiet ta' investiment u tfaddil aktar attraenti.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Id-diskussjoni tal-ministri dwar l-iżviluppi u l-prospetti makroekonomiċi ġiet ikkanċellata minħabba restrizzjonijiet ta' ħin.
Tagħrif varju
Żviluppi baġitarji reċenti
Il-Grupp tal-Euro ġie infurmat dwar l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-abbozz tal-pjan baġitarju aġġornat tas-Slovakkja, li l-Grupp ta' Ħidma tal-Grupp tal-Euro (EWG) mistenni jsegwi.
Fit-13 ta' Frar 2024 il-president full-time attwali tal-Grupp ta' Ħidma tal-Grupp tal-Euro (EWG), Tuomas Saarenheimo, reġa' ġie elett mill-EWG għat-tielet mandat. Wara li reġa' ġie elett, il-Grupp tal-Euro reġa' ħatru bħala president tal-EWG għal mandat ta' sentejn li jibda fl-1 ta' April 2024.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.