"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Is-sitwazzjoni u l-iżviluppi makroekonomiċi u baġitarji, inkluż informazzjoni mil-laqgħat internazzjonali
Il-President tal-Grupp tal-Euro u l-istituzzjonijiet ipprovdew il-valutazzjoni tagħhom tal-aħħar żviluppi u prospetti makroekonomiċi, li tinkludi informazzjoni dwar laqgħat internazzjonali reċenti. Il-Kummissjoni qasmet il-fehmiet tagħha dwar l-iżviluppi baġitarji reċenti fiż-żona tal-euro.
a. Prijoritajiet ta' politika tal-gvern il-ġdid tal-Portugall
Il-Ministru għall-Finanzi Portugiż ippreżenta l-prijoritajiet tal-politika ekonomika u finanzjarja tal-gvern il-ġdid tal-Portugall.
F'format tal-unjoni bankarja:
Rappurtar dwar l-unjoni bankarja
Il-ministri segwew ir-rappurtar biannwali tal-Presidenti tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku u l-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni.
Iddiskutew l-istatus attwali u l-isfidi futuri tas-sistema bankarja taż-żona tal-euro, kif ukoll x'fadal isir biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tagħha.
L-isforzi li saru biex tiġi protetta l-istabbiltà tas-settur bankarju kienu ta' suċċess. Madankollu, l-isfidi ta' għada mhumiex dejjem l-istess bħal dawk tal-lum jew tal-bieraħ. Fid-dawl ta' dan, aħna rrikonoxxejna l-importanza taċ-ċibersigurtà u tal-azzjoni klimatika fir-rigward tas-settur finanzjarju.
il-kompetittività taż-żona tal-euro: it-tnaqqis tal-lakuna fl-innovazzjoni u fil-produttività
Abbażi ta' analiżi tal-Kummissjoni u preżentazzjoni minn Michiel Scheffer, il-President tal-Bord tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni, il-ministri ddiskutew il-lakuni fl-innovazzjoni, l-infiq fir-R&Ż u l-kapital uman, li l-Ewropa qed tiffaċċa meta mqabbla ma' kompetituri globali ewlenin.
Il-ministri enfasizzaw il-ħtieġa li jissaħħu l-investimenti fir-riċerka u l-iżvilupp, l-importanza tal-edukazzjoni u l-passi li jeħtieġ li jittieħdu fir-rigward tat-tassazzjoni, it-tnaqqis tal-livelli ta' amministrazzjoni, u kif nirregolaw is-suq uniku – li maż-żmien kollha kemm huma ser jagħmlu l-UE post aħjar għall-innovazzjoni.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Iddiskutew ukoll ir-reazzjonijiet ta' politika li huma neċessarji minn perspettiva makrostrutturali u makrofiskali fil-futur.
Il-ministri taw segwitu għad-dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro ta' Marzu dwar il-futur tal-unjoni tas-swieq kapitali u ddiskutew modi kif isir progress u jinżamm kont tal-progress. Qablu dwar l-elementi ewlenin ta' programm ta' ħidma ta' livell għoli għax-xhur li ġejjin.
Il-qofol ta' kollox issa huwa dwar kif nistgħu nimxu lejn azzjoni fil-livell nazzjonali u kif nistgħu nipprovdu gwida lill-Kummissjoni li jmiss rigward l-azzjonijiet li jistgħu jieħdu. Ilkoll kemm aħna rridu nsibu modi kif nistgħu nżommu l-momentum u nistabbilixxu l-urġenza biex nagħmlu progress.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Il-ministri ħadu l-opportunità biex jiddiskutu r-rakkomandazzjonijiet għall-iżvilupp tas-swieq kapitali Ewropej imressqa mit-task force Franċiża mmexxija minn Christian Noyer, li ppreżenta r-rapport tiegħu. Il-ministri kellhom skambju ulterjuri dwar inizjattivi nazzjonali li għaddejjin u l-Kummissjoni qasmet ħsibijiet inizjali dwar aspetti tad-dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro li jeħtieġu inizjattivi mill-Kummissjoni.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.