"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Il-Grupp tal-Euro ħa kont tal-iżviluppi u l-prospetti makroekonomiċi fiż-żona tal-euro, abbażi ta' preżentazzjonijiet mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).
Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-koordinazzjoni tal-politika fiskali fiż-żona tal-euro, filwaqt li jivvalutaw l-esperjenzi li kellhom fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet fiskali.
Abbażi ta' nota ta' analiżi mis-Segretarjat tal-Grupp tal-Euro, huma ddiskutew ukoll l-isfidi baġitarji li qed ifeġġu u l-impatt potenzjali tagħhom fuq il-pożizzjoni fiskali taż-żona tal-euro.
Ir-realtà ġeopolitika nbidlet, u l-Ewropa issa hija ffukata biex tiddependi aktar minna nfusna u anqas minn oħrajn, speċjalment fis-sigurtà u d-difiża. Dan ser ikollu impatt fuq il-baġits attwali u futuri. L-istabbiltà u s-sikurezza fil-finanzi pubbliċi jmorru id f'id mas-sigurtà, u b'hekk jgħinu biex jitnaqqsu r-riskji futuri.
Il-Ministru għall-Finanzi l-ġdid tal-Awstrija, Markus Marterbauer, ippreżenta l-prijoritajiet ta' politika tal-gvern tiegħu.
F'format inklużiv
Segwitu tal-laqgħa tal-G7 tal-ministri għall-finanzi u l-gvernaturi tal-banek ċentrali, li saret fi Frar
Il-President tal-Grupp tal-Euro, Paschal Donohoe, informa lill-ministri dwar il-laqgħa tal-G7 tal-ministri għall-finanzi u l-gvernaturi tal-banek ċentrali li saret f'Cape Town.
Żviluppi fl-attivitajiet u fis-swieq tal-kriptoassi u l-implikazzjonijiet tagħhom
Il-ministri ddiskutew l-iżviluppi fl-attivitajiet u s-swieq tal-kriptoassi u l-implikazzjonijiet tagħhom għaż-żona tal-euro u l-ekonomija Ewropea.
Is-swieq tal-kriptoassi qed jevolvu malajr ħafna, kemm politikament kif ukoll teknoloġikament. L-iżviluppi tal-politika f'ġuriżdizzjonijiet oħra jista' jkollhom impatt fuq l-Ewropa. Dawn id-diskussjonijiet huma marbuta mal-awtonomija u r-reżiljenza tal-munita tagħna. Il-proġett tal-euro diġitali huwa kritiku biex nantiċipaw l-iżviluppi fil-qasam.
Il-President Donohoe ppreżenta l-elementi ewlenin tal-ittra li ser jindirizza fil-kapaċità personali tiegħu lill-President tas-Summit taż-Żona tal-Euro, António Costa, b'enfasi fuq l-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro dwar il-futur tal-unjoni tas-swieq kapitali mill-adozzjoni tagħha f'Marzu 2024 'l hawn u l-pjanijiet għax-xhur li ġejjin.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.