Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 17 ta' Frar 2025

Riżultati ewlenin

Aġġornament mill-Bulgarija dwar l-istat tal-konverġenza

Temenuzhka Petkova, il-ministru għall-finanzi tal-Bulgarija, attendiet il-laqgħa biex taġġorna lill-ministri dwar il-progress li sar mill-Bulgarija biex tissodisfa l-kriterji għall-adozzjoni tal-euro.

Prospett makroekonomiku u prospetti għaż-żona tal-euro

Il-Grupp tal-Euro ħa kont tal-prospetti makroekonomiċi u rrieżamina l-iżviluppi globali reċenti li qed jaffettwaw lill-euro u ż-żona tal-euro, abbażi ta' kontribut mill-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew.

Barra minn hekk, il-President Paschal Donohoe kkomunika mal-ministri dwar il-laqgħat internazzjonali li jmiss fl-Afrika t'Isfel.

Rakkomandazzjoni għaż-żona tal-euro

Il-ministri ddiskutew l-abbozz tar-rakkomandazzjoni dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro għall-2025, bil-ħsieb li jiġi approvat fil-laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tat-18 ta' Frar 2025.

<p>Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro</p>

Fl-ambjent ekonomiku kumpless attwali, ir-rakkomandazzjoni għaż-żona tal-euro hija rilevanti daqs qatt qabel, b'mod partikolari fejn tikkonċerna l-kompetittività, ir-reżiljenza u l-istabbiltà makroekonomika u finanzjarja.

<p>Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro</p>

Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Il-Grupp tal-Euro esplora wkoll kif tista' tkompli tiġi sfruttata r-rakkomandazzjoni għaż-żona tal-euro biex tissaħħaħ id-direzzjoni tal-politika u tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tagħha.

Programm ta' ħidma tal-Grupp tal-Euro sa Lulju 2025

Il-President tal-Grupp tal-Euro ppreżenta l-programm ta' ħidma tal-Grupp tal-Euro għall-ewwel nofs tas-sena u l-ministri approvawh.

F'dinja ta' interdipendenza ekonomika u bl-iżviluppi globali attwali, l-importanza tal-koordinazzjoni tagħna fiż-żona tal-euro, il-ħolqien ta' ftehimiet u t-twettiq tal-impenji komuni tagħna huma elementi ewlenin ta' dan il-programm ta' ħidma tal-Grupp tal-Euro.

Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Punti oħra

Prijoritajiet politiċi tal-Gvern Irlandiż u ta' dak Belġjan

Il-President Donohoe, bħala l-ministru l-ġdid għall-finanzi tal-Irlanda, u Vincent Van Peteghem, il-viċi prim ministru l-ġdid u l-ministru għall-baġit tal-Belġju, ippreżentaw il-prijoritajiet politiċi tal-gvernijiet tagħhom.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 11 ta' Marzu 2025