"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Il-ministri tal-pajjiżi li jipparteċipaw fl-unjoni bankarja ngħataw informazzjoni mill-Presidenti tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku u tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni bħala parti mir-rappurtar tagħhom ta' darbtejn f'sena.
L-iskambju tagħna jikkonferma u fil-fatt isaħħaħ id-dedikazzjoni tagħna biex inkomplu nsaħħu s-settur bankarju u nimxu 'l quddiem fl-unjoni bankarja.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Il-Kummissjoni tat aġġornament dwar in-negozjati li jikkonċernaw il-qafas tal-UE għall-ġestjoni tal-kriżijiet bankarji u l-assigurazzjoni tad-depożiti (CMDI).
Fuq din il-bażi, il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar is-saħħa tas-sistema finanzjarja taż-żona tal-euro, filwaqt li qiesu l-iżviluppi ġeopolitiċi reċenti u l-isfidi ewlenin li ġejjin.
Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES) - tħejjija għal-laqgħa annwali ta' Ġunju
Il-ministri evalwaw il-kwistjonijiet pendenti marbutin mal-MES bi tħejjija għal-laqgħa annwali ta' Ġunju tal-Bord tal-Gvernaturi tal-MES.
F'format inklużiv
L-iżviluppi ekonomiċi globali u l-G7
Il-Grupp tal-Euro ngħata tagħrif dwar il-laqgħat internazzjonali reċenti, inkluż il-punti ewlenin li ħarġu mid-diskussjonijiet tal-G7. Il-ministri kellhom ukoll skambju ta' fehmiet dwar l-aħħar żviluppi fil-prospettiva makroekonomika.
Ir-reżiljenza, l-istabbiltà u l-affidabbiltà taż-żona tal-euro jitqiesu bħala kwalità tajba u dejjem aktar bħala kenn għall-investituri, l-innovaturi u, naturalment, iċ-ċittadini tagħna stess.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Euro diġitali
Il-ministri evalwaw id-diskussjonijiet li saru s'issa dwar l-euro diġitali. Il-Kummissjoni Ewropea, il-Presidenza tal-Kunsill, u l-Bank Ċentrali Ewropew taw aġġornamenti dwar l-isforzi li għaddejjin u l-istat attwali tal-proċess leġiżlattiv. Fuq il-bażi ta' dawn l-aġġornamenti, il-Grupp tal-Euro rrifletta dwar kif jista' jitħaffef il-progress.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.