Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 7 ta' Lulju 2025

Riżultati ewlenin

F'format regolari

Koordinazzjoni tal-politika fiskali

Il-ministri ddiskutew il-pożizzjoni fiskali taż-żona tal-euro qabel it-tħejjija tal-baġits tal-2026.

Il-President tal-Bord Fiskali Ewropew (EFB), Pieter Hasekamp, ippreżenta l-aħħar rapport tal-EFB. Wara l-preżentazzjoni kien hemm l-analiżi tal-Kummissjoni.

Il-Grupp tal-Euro adotta dikjarazzjoni dwar il-pożizzjoni fiskali għaż-żona tal-euro għall-2026 qabel it-tħejjija tal-baġits nazzjonali għas-sena d-dieħla.

<p>Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro</p>

Qed nissottolinjaw li, ħlief għall-infiq fuq id-difiża, it-trażżin fiskali jibqa' xieraq u aħna impenjati li nimplimentaw il-pjanijiet tagħna fuq terminu medju. Nistennew pożizzjoni baġitarja ġeneralment newtrali fiż-żona tal-euro fl-2026 u dan jidher li huwa ġeneralment xieraq fl-ambjent ekonomiku attwali tagħna.

<p>Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro</p>

Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Valutazzjoni tar-rwol internazzjonali tal-euro

Il-Grupp tal-Euro kellu skambju ta' fehmiet dwar ir-rwol internazzjonali tal-euro, abbażi tar-rieżami annwali ppubblikat mill-Bank Ċentrali Ewropew.

Irridu nkomplu l-progress f'oqsma ta' politika ewlenin, bħal swieq kapitali profondi u likwidi, sistema ta' pagament effiċjenti u reżiljenti u istituzzjonijiet kredibbli. Din il-ħidma ser tikkontribwixxi għall-effikaċja tal-euro u fl-aħħar mill-aħħar tappoġġa l-benesseri tas-soċjetajiet tagħna.

Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Elezzjoni tal-president tal-Grupp tal-Euro

Il-grupp tal-Euro eleġġa b'kunsens, Paschal Donohoe, Ministru għall-Finanzi tal-Irlanda, bħala l-President tiegħu għat-tielet mandat. Il-mandat il-ġdid tiegħu, li jdum sentejn u nofs, ser jibda fit-13 ta' Lulju 2025.

Nirringrazzja lill-kollegi tiegħi għall-fiduċja tagħhom. Iż-żona tal-euro wriet li hija reżiljenti ħafna. Il-prijorità tiegħi għall-mandat li jmiss hija li nkomplu nsaħħu ż-żona monetarja komuni tagħna u li niffaċilitaw ir-riżultati prattiċi fil-flussi ta' ħidma ewlenin tagħna - mill-koordinazzjoni baġitarja sal-euro diġitali u l-unjoni tat-tfaddil u tal-investimenti.

Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Tkabbir taż-żona tal-euro – Bulgarija

Il-ministri ddiskutew il-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Kunsill dwar ir-rata ta' konverżjoni tal-Bulgarija għall-euro. Id-diskussjoni saret qabel l-approvazzjoni mill-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (ECOFIN) tat-tliet atti legali finali, inkluż ir-regolament, li wittew it-triq biex il-Bulgarija tibda tuża l-euro mill-1 ta' Jannar 2026.

F'format inklużiv

Euro diġitali

Il-ministri qasmu l-fehmiet tagħhom dwar xi wħud mill-kwistjonijiet politiċi pendenti fin-negozjati dwar l-euro diġitali.

Il-President tal-Grupp ta' Ħidma tal-Grupp tal-Euro informa wkoll lill-ministri dwar il-ħidma li għaddejja. Il-presidenza tal-Kunsill aġġornat lill-Grupp tal-Euro dwar id-diskussjonijiet ippjanati għax-xhur li ġejjin.

L-iskambju tal-lum wera konverġenza politika dejjem akbar dwar xi suġġetti ewlenin. Kien hemm interess qawwi li jinstab approċċ bilanċjat u fattibbli għal-limiti taż-żamma. Dan huwa sinjal importanti ta' impenn għall-euro diġitali.

Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Unjoni tat-tfaddil u tal-investimenti

Bħala segwitu għad-dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro ta' Marzu 2024 dwar il-futur tal-unjoni tas-swieq kapitali, il-President tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), Nadia Calviño, ippreżentat il-ħidma u l-inizjattivi li għaddejjin tal-BEI relatati mal-unjoni tas-swieq kapitali u l-unjoni tat-tfaddil u tal-investimenti.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Lulju 2025