Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 19 ta' Ġunju 2025

Riżultati ewlenin

F'format regolari

Rieżami skont l-Artikolu IV tal-Fond Monetarju Internazzjonali

Il-ministri semgħu preżentazzjoni mid-Direttur Maniġerjali tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) Kristalina Georgieva dwar is-sejbiet tar-rieżami skont l-Artikolu IV tal-politiki taż-żona tal-euro.

Dan kien segwit minn riflessjonijiet mill-istituzzjonijiet dwar l-iżviluppi makroekonomiċi u finanzjarji, u skambju ta' fehmiet.

L-ekonomiji tagħna qed ikomplu juru reżiljenza, partikolarment bis-saħħa tar-rispons ta' politika kkoordinat tagħna.

Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Tkabbir taż-żona tal-euro – Bulgarija

Il-grupp tal-Euro laqa' lill-Ministru għall-Finanzi u l-Gvernatur tal-Banek Ċentrali tal-Bulgarija u sema' mill-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) dwar il-valutazzjonijiet ta' konverġenza tagħhom fir-rigward tal-Bulgarija.

Il-Grupp tal-Euro ddiskuta wkoll u approva rakkomandazzjoni mill-istati membri taż-żona tal-euro lill-Kunsill dwar l-adozzjoni tal-euro mill-Bulgarija. Din ir-rakkomandazzjoni mistennija tiġi adottata mill-Kunsill Ecofin (b'vot ta' maġġoranza kwalifikata tal-istati membri taż-żona tal-euro) fil-laqgħa tiegħu tal-20 ta' Ġunju 2025.

<p>Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro</p>

Din hija kisba mistħoqqa għall-Bulgarija. Hija rikonoxximent tal-impenn, il-proċess ta' konverġenza sinifikanti li twettaq, u l-ħidma enormi mill-awtoritajiet Bulgari. Hija wkoll sinjal tassew tajjeb għas-saħħa tal-unjoni monetarja tagħna.

<p>Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro</p>

Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Żviluppi baġitarji fil-membri taż-żona tal-euro

Il-Grupp tal-Euro kellu skambju ta' fehmiet dwar l-iżviluppi baġitarji nazzjonali, b'kont meħud tal-kundizzjonijiet ekonomiċi attwali u l-qafas fiskali l-ġdid.

Il-ministri indirizzaw ukoll kwistjonijiet proċedurali relatati mal-abbozzi ta' pjanijiet baġitarji reċenti, u b'hekk wittew it-triq għad-diskussjoni u d-dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro ta' Lulju dwar il-prospetti u l-pożizzjoni fiskali taż-żona tal-euro.

Punti oħra

a. Il-proċess tal-elezzjoni għall-president tal-Grupp tal-Euro

Il-ministri ġew infurmati mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill dwar il-proċess tal-elezzjoni għall-president tal-Grupp tal-Euro. L-elezzjoni li jmiss tal-president tal-Grupp tal-Euro ser issir f'Lulju 2025.

F'format inklużiv

Fluss ta' ħidma dwar il-kompetittività: ostakli interni

Il-ministri rċevew preżentazzjoni mill-FMI dwar l-analiżi reċenti tiegħu dwar l-ostakli interni fis-suq uniku u l-koordinazzjoni tar-riformi strutturali nazzjonali.

Il-preżentazzjoni ser tikkontribwixxi għad-diskussjonijiet li għaddejjin dwar it-tisħiħ tal-kompetittività u l-produttività madwar iż-żona tal-euro u l-UE.

Euro diġitali

Il-ministri rċevew aġġornamenti mill-BĊE dwar il-progress tekniku fil-proġett tal-euro diġitali, mill-presidenza Pollakka dwar is-sitwazzjoni attwali fil-proċess leġiżlattiv, u mill-presidenza Daniża li jmiss dwar l-attivitajiet ippjanati fix-xhur li ġejjin.

<p>Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro</p>

Id-diskussjoni li kellna llum enfasizzat it-tkomplija tal-appoġġ politiku għal dan il-proġett ewlieni, filwaqt li rrikonoxxiet l-importanza strateġika tiegħu u l-ħtieġa dejjem tikber li nimxu 'l quddiem mingħajr dewmien.

<p>Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro</p>

Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Awwissu 2025