"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Monitoraġġ makroekonomiku u fiskali, inkluż it-tħejjijiet għal-laqgħat internazzjonali
Il-Grupp tal-Euro ħa kont tal-iżviluppi u l-perspettiva ekonomiċi, inkluż il-politika fiskali fil-pajjiżi taż-żona tal-euro.
Bi tħejjija għal-Laqgħat Annwali li jmiss tal-Grupp tal-Bank Dinji u l-Fond Monetarju Internazzjonali f'Washington, il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-iżviluppi fir-rati tal-kambju, abbażi ta' kontribut mill-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew.
Bħala parti mill-monitoraġġ annwali tal-progress fil-livell tal-UE u nazzjonali, il-Kummissjoni qasmet il-valutazzjoni tagħha tal-progress u l-iżvilupp tas-swieq kapitali fil-livell tal-UE.
Il-ministri qasmu inizjattivi nazzjonali u reġjonali, kif ukoll l-aħjar prattiki biex tiġi promossa l-unjoni tas-swieq kapitali, u ddiskutew l-aħjar mod kif jistgħu jiġu onorati l-impenji li saru.
L-Unjoni tas-Swieq Kapitali tibqa' prijorità ewlenija u r-rendikont tal-lum kien mument importanti biex niżguraw li qed nimxu fid-direzzjoni t-tajba. Inizjattivi ġodda reċenti kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak nazzjonali huma inkoraġġanti ħafna, iżda għad hemm ħafna xi jsir. Il-Grupp tal-Euro huwa impenjat li jżomm il-momentum politiku f'dan il-qasam.
Il-ministri qasmu l-ħsibijiet tagħhom dwar l-implikazzjonijiet tal-iżviluppi reċenti fl-istablecoins għall-UE, b'kontributi mill-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew.
X'aktarx li l-istablecoins jibda jkollhom rwol dejjem akbar fis-swieq finanzjarji u aħna konxji ħafna tat-tkabbir tagħhom. Madankollu, hemm opportunitajiet u riskji. Il-Grupp tal-Euro ser ikompli jesplora s-suġġett, b'mod partikolari minħabba l-progress reċenti li sar fuq l-euro diġitali.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Tħejjijiet għas-Summit tal-Euro ta' Ottubru
Il-President tal-Grupp tal-Euro, Paschal Donohoe ppreżenta l-kontenut mistenni tal-ittra tas-soltu tiegħu indirizzata lill-President tas-Summit tal-Euro.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.