"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport

Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport, 25/11/2014, 25 ta' Novembru 2014

Il-Kunsill jindirizza l-politika awdjoviżiva Ewropea fl-era diġitali

Fil-laqgħa tiegħu fi Brussell fil-25 ta' Novembru, il-Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport adotta konklużjonijiet dwar il-politika awdjoviżiva Ewropea fl-era diġitali.

Dawn il-konklużjonijiet jirrikonoxxu l-effett qawwi li r-rivoluzzjoni diġitali kellha fix-xena awdjoviżiva. Huma jenfasizzaw il-ħtieġa għal suq uniku dinamiku għall-kontenut awdjoviżiv li jissodisfa d-domanda taċ-ċittadini, jogħġob lill-fornituri, u lid-detenturi ta' dritt, filwaqt li jiżgura diversità kulturali u lingwistika.

Il-konklużjonijiet jiddefinixxu tliet għanijiet prinċipali:

  • il-faċilitazzjoni tal-forniment ta' kontenut ta' kwalità għolja
  • is-sodisfazzjoni tad-domanda billi jiġi żgurat aċċess transkonfinali f'waqtu għall-kontenut
  • l-iżgurar ta' kondizzjonijiet ugwali għall-fornituri kollha tas-servizzi tal-media awdjoviżiva

Barra minn hekk, il-konklużjonijiet jindirizzaw l-ambjent ġdid tan-negozju, l-aċċess għall-finanzi, il-finanzjament pubbliku, il-kompetenza fil-qasam tal-media u tal-films, u l-wirt ċinematografiku. Huma jappellaw ukoll għal analiżi urġenti tad-direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva u għall-modernizzazzjoni tal-qafas tal-UE dwar id-dritt tal-awtur.

Punti prinċipali oħra fuq l-aġenda

Il-ministri adottaw konklużjonijiet li jistabbilixxu Pjan ta' Ħidma għall-Kultura (2015-2018). Dan il-Pjan ta' Ħidma jistabbilixxi erba' oqsma ta' prijorità: kultura aċċessibbli, il-wirt kulturali, l-ekonomija kreattiva u l-innovazzjoni, u d-diversità kulturali. Dawn huma kkomplementati minn żewġ temi transettorjali: il-bidla diġitali u l-istatistika.

Il-Kunsill adotta wkoll konklużjonijiet dwar:

  • il-governanza parteċipattiva tal-wirt kulturali
  • l-isport bħala l-mutur tal-innovazzjoni u t-tkabbir ekonomiku

Il-ministri kellhom diskussjoni dwar il-kontribut tas-settur kulturali u dak kreattiv għall-objettivi ta' Ewropa 2020, fil-kuntest tar-reviżjoni ta' nofs it-term ta' din l-istrateġija. Huma ddiskutew ukoll miżuri possibbli għall-promozzjoni tal-isport u l-attività fiżika fl-età tal-iskola.

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025