- Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport
Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport, 23-24/11/2015, 23 u 24 ta' Novembru 2015
Riżultati prinċipali
Żgħażagħ u Edukazzjoni, 23 ta’ Novembru
Il-kriżi attwali tal-migrazzjoni u tar-refuġjati kienet tema komuni fid-diskussjonijiet tal-lum tal-Kunsill. Iż-żewġ konfigurazzjonijiet tiegħu indirizzaw kwistjonijiet relatati mal-migrazzjoni, b’mod partikolari permezz tad-dibattiti ta’ orjentazzjoni tiegħu
- ir-rwol tal-politika dwar iż-żgħażagħ u x-xogħol maż-żgħażagħ fir-rigward tal-migrazzjoni: il-ministri enfasizzaw l-importanza li tissaħħaħ il-kooperazzjoni transsettorjali, b'mod partikolari fis-setturi tal-edukazzjoni, iż-żgħażagħ, il-kultura, u l-isport.
- strateġiji għall-edukazzjoni u t-taħriġ għall-integrazzjoni ta' migranti li waslu reċentement u persuni bi provenjenza ta' migrazzjoni: il-ministri ssottolinjaw b'mod partikolari l-bżonn li wieħed jirrikonoxxi l-kompetenzi ta' migranti li jkunu għadhom jaslu u biex jiġi implimentat taħriġ intensiv tal-lingwa biex ikunu jistgħu jingħelbu l-inugwaljanzi soċjali.
Nistgħu nevitaw l-emarġinazzjoni u r-radikalizzazzjoni taż-żgħażagħ billi nnaqqsu it-tluq bikri mill-iskola u nagħmluha possibbli għaż-żgħażagħ kollha biex jipparteċipaw fis-soċjetajiet tagħna, filwaqt li nagħtuhom l-opportunità li jrawmu l-valuri komuni Ewropej tagħna Claude Meisch, Ministru għall-Edukazzjoni u ż-Żgħażagħ tal-Lussemburgu
Il-Kunsill fakkar ukoll il-vittmi tal-ġrajjiet ta’ Pariġi b’minuta silenzju. Il-ministri kollha taw il-kondoljanzi tagħhom lill-ministru Franċiż għall-Edukazzjoni, Najat Vallaud-Belkacem, u lill-qraba kollha tal-vittmi tal-attakki ta’ Pariġi tat-13 ta’ Novembru.
Skont il-ministru Claude Meisch, "Nistgħu nevitaw l-emarġinazzjoni u r-radikalizzazzjoni taż-żgħażagħ billi nnaqqsu it-tluq bikri mill-iskola u nagħmluha possibbli għaż-żgħażagħ kollha biex jipparteċipaw fis-soċjetajiet tagħna, filwaqt li nagħtuhom l-opportunità li jrawmu l-valuri komuni Ewropej tagħna."
Iż-żgħażagħ
Il-Kunsill adotta r-Rapport tal-UE dwar iż-Żgħażagħ 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas Imġedded għall-Kooperazzjoni Ewropea fil-Qasam taż-Żgħażagħ (2010-2018).
Dan ir-rapport konġunt mill-Kummissjoni u l-Kunsill jevalwa l-progress li sar taħt il-qafas ta’ kooperazzjoni fil-perjodu 2013-2015. Dan jivvaluta wkoll l-implimentazzjoni tad-"djalogu strutturat" maż-żgħażagħ u jipproponi rakkomandazzjonijiet u prijoritajiet ġodda ta’ politika għat-tliet snin li jmiss (2016-2018).
Il-Kunsill adotta żewġ riżoluzzjonijiet dwar
- Pjan ta’ Ħidma tal-UE għaż-Żgħażagħ (2016-2018) ġdid li jiffoka fuq kif għandhom jiġu indirizzati aktar fil-waqt u b’mod effettiv ir-rati għoljin ta’ qgħad li għad hemm fost iż-żgħażagħ u l-konsegwenzi tal-kriżi fuq iż-żgħażagħ.
- inħeġġu l-parteċipazzjoni politika taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika Ewropea, li kienet il-prijorità taċ-ċiklu ta’ ħidma attwali tad-djalogu strutturat.
Edukazzjoni
Il-Kunsill adotta r-Rapport Konġunt tal-2015 dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas Strateġiku għall-Kooperazzjoni Ewropea fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ (ET 2020) (2010-2020)
Ir-rapport jieħu kont tal-progress matul iċ-ċiklu ta’ ħidma l-aktar reċenti (2012-2014) u janalizza l-qafas ET 2020 f’nofs triqtu, waqt li jippreżenta proposti għal aġġustament.
Il-prijoritajiet prinċipali għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ għall-5 snin sal-2020 huma maħsuba biex jiżguraw li s-sistemi edukattivi u tat-taħriġ jippromwovu l-impjegabbiltà, il-ħiliet u l-innovazzjoni, iżdidu l-mobbiltà soċjali u l-ugwaljanza, jgħinu fil-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni u jistabbilixxu s-sisien għal valuri demokratiċi u ċittadinanza attiva.
Kultura u Sport, 24 ta’ Novembru
Il-kriżi attwali tal-migrazzjoni u tar-refuġjati kienet ukoll tema komuni tad-diskussjonijiet fit-tieni jum tal-Kunsill (24 ta’ Novembru). Il-kwistjonijiet kienu partikolarment prominenti f’dibattiti dwar:
- azzjoni kollettiva kontra t-traffikar illeċitu u l-qerda ta' wirt kulturali fiż-żoni ta' kunflitt: il-ministri ssottolinjaw il-valur simboliku kbir tal-wirt kulturali f'termini ta' identità u l-kontribut tiegħu għad-djalogu interkulturali. Huma appellaw għal kooperazzjoni akbar bejn l-istati membri fil-livelli kollha
- il-potenzjal edukattiv tal-isport bħala għajnuna għal żgħażagħ żvantaġġati, inklużi l-migranti, biex isibu posthom fis-soċjetà. Il-Ministri qablu li l-isport mhuwiex biss kruċjali biex jitrawwem id-djalogu bejn kulturi differenti fi ħdan l-UE iżda huwa importanti wkoll għall-politika ta’ integrazzjoni soċjali.
Kultura
L-attenzjoni matul il-laqgħa dwar il-Kultura kienet fuq l-aħjar mod kif il-kultura tista’ ssaħħaħ l-azzjoni esterna tal-UE. Il-Ministri adottaw konklużjonijiet dwar kif il-kooperazzjoni għall-iżvilupp u d-djalogu interkulturali jistgħu jtejbu l-integrazzjoni tal-migranti u tar-refuġjati.
L-ewwel konklużjonijiet jirriflettu l-importanza ta’ approċċ aktar komprensiv għall-kultura, ibbażat fuq is-solidarjetà globali. Huma jappellaw lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli biex jippreżentaw lill-Kunsill approċċ strateġiku għall-kultura u biex jistabbilixxu xi prinċipji ta’ gwida.
Il-Kunsill issottolinja li dan l-approċċ għandu jindirizza wkoll l-isfidi li qed tiffaċċa bħalissa l-UE bħall-kriżi migratorja, ir-radikalizzazzjoni u ż-żieda tal-ksenofobija.
Il-konklużjonijiet dwar djalogu interkulturali huma parti mill-qafas tal-Pjan ta’ Ħidma għall-Kultura, li l-għan tiegħu hu li jżid il-fehim reċiproku bejn il-pajjiż ospitanti u l-migranti, u parti mir-rispons għall-istrateġija usa' dwar il-migrazzjoni mitluba mill-Kunsill Ewropew f’Ottubru 2015.
L-isport jista’ jkun u tassew hu mezz importanti li jintegra lil persuni, speċjalment iż-żgħażagħ żvantaġġati, fis-soċjetà tal-lum. L-iskambju tal-aħjar prattiki f’dan il-qasam jista’ jgħin biex iż-żgħażagħ ikollhom il-possibbiltà jimxu 'l quddiem Roman Schneider, Ministru għall-Isport tal-Lussemburgu
Sport
Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-promozzjoni ta' attivitajiet fiżiċi u sportivi għat-tfal, filwaqt li stieden lill-istati membri biex iqajmu kuxjenza dwar il-benefiċċji ta’ attività fiżika regolari minn età bikrija u biex jinkoraġġixxu azzjoni għal stili ta’ ħajja attivi fost it-tfal.
Il-Ministri ddiskutew ukoll modi biex jiġi żviluppat il-potenzjal edukattiv tal-isport, b’mod partikolari għall-integrazzjoni ta' żgħażagħ żvantaġġati, migranti u refuġjati li jkunu għadhom jaslu.
Id-dibattitu kien jinkludi interventi minn żewġ kelliema mistednin: Edwin Moses, ex ċampjin olimpiku u attwalment president tal-Aġenzija tal-Antidoping tal-Istati Uniti u President tal-Kumitat tal-Edukazzjoni tal-Aġenzija Dinjija Kontra d-Doping u Mathieu Murrell mill-Premier League tal-Futbol Ingliż.
Iż-żewġ kelliema ppreżentaw eżempji ta’ proġetti li jirnexxilhom jgħaqqdu flimkien l-edukazzjoni u l-isport. Madankollu, it-tnejn li huma ssottolinjaw li l-isport huwa mezz pjuttost milli għan aħħari, u li l-edukazzjoni u l-impjieg jibqgħu vitali f’żoni żvantaġġati.
Il-Ministru Schneider iddikjara li: "L-isport jista’ jkun u tassew hu mezz importanti li jintegra lil persuni, speċjalment iż-żgħażagħ żvantaġġati, fis-soċjetà tal-lum. L-iskambju tal-aħjar prattiki f’dan il-qasam jista’ jgħin biex iż-żgħażagħ ikollhom il-possibbiltà jimxu 'l quddiem".
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' eżitu
- Eżitu tal-laqgħa tal-Kunsill
- Indicative programme - Education, Youth, Culture and Sport Council, 23-24/11/2015
- Aġenda proviżorja, Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport, 23-24 ta’ Novembru 2015
- Lista ta' punti A, deliberazzjonijiet leġislattivi, Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport, 23-24 ta’ Novembru 2015
- Lista ta' punti A, attivitajiet mhux leġislattivi, Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport, 23-24 ta’ Novembru 2015
- Nota ta' informazzjoni
- Lista ta' parteċipanti
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Emma O'Driscoll Press officer
- +32 475 88 48 33
- +32 2 281 48 10
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #EYCS
Laqgħat oħra: Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025