"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport

Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport, 12/12/2014, 12 ta' Diċembru 2014

Il-Kunsill jindirizza l-intraprenditorija fl-edukazzjoni u t-taħriġ

Fil-laqgħa tagħhom fit-12 ta' Diċembru 2014, il-ministri adottaw konklużjonijiet dwar l-intraprenditorija fl-edukazzjoni u t-taħriġ. 

Dawn il-konklużjonijiet jenfasizzaw li l-intraprenditorija teħtieġ l-iżvilupp ta' sensiela ta' kompetenzi, li għandhom jiġu indirizzati fil-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ. Huma jinnotaw ukoll l-importanza li jissaħħu r-rabtiet bejn is-sistema tal-edukazzjoni u d-dinja tan-negozju.

Il-konklużjonijiet jistiednu lill-istati membri u lill-Kummissjoni biex jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal li joffri Erasmus + f'appoġġ għall-edukazzjoni tal-intraprenditorija u biex jagħmlu l-aħjar użu minn riżorsi Ewropej oħra, bħall-Fond Soċjali Ewropew.

Punti prinċipali oħra fuq l-aġenda

Il-Kunsill kellu dibattitu dwar ir-rwol ewlieni tal-edukazzjoni u t-taħriġ għat-tkabbir ekonomiku. Dan id-dibattitu jikkostitwixxi l-kontribut mis-settur tal-edukazzjoni għar-reviżjoni ta' nofs it-term tal-istrateġija Ewropa 2020.

Barra minn hekk, il-ministri ddiskutew approċċ transettorjali għall-politiki dwar iż-żgħażagħ, bħala għodda biex l-isfidi soċjoekonomiċi jiġu indirizzati aħjar. F'dan il-kuntest, il-Kunsill adotta wkoll konklużjonijiet dwar il-promozzjoni tal-aċċess taż-żgħażagħ għad-drittijiet sabiex jitrawmu l-awtonomija u l-parteċipazzjoni tagħhom fis-soċjetà ċivili.

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-aċċess taż-żgħażagħ għad-drittijiet sabiex jitrawmu l-awtonomija u l-parteċipazzjoni tagħhom fis-soċjetà ċivili.

Waqt ikla informali, il-ministri kellhom dibattitu dwar kif jista' jiżdied il-valur miżjud tal-programmi ta' mobbiltà fl-edukazzjoni ogħla.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025