"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 18/01/2016, 18 ta' Jannar 2016

Riżultati ewlenin

L-UE tappella lil kulħadd fir-reġjun biex jikkalma r-retorika u l-azzjonijiet u jipprova jrażżan l-eskalazzjoni jew inaqqas it-tensjonijiet, u b'mod partikolari jipproteġi l-proċess fraġli iżda tant importanti li bdejna aħna lkoll biss ftit xhur ilu biex intemmu l-kunflitt Sirjan. Federico Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà

Sirja

Il-Kunsill iddiskuta s-Sirja u l-iżviluppi fir-reġjun. Esprima appoġġ sħiħ għar-riżoluzzjoni 2254 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU li tapprova "pjan direzzjonali" għal proċess ta' paċi fis-Sirja u tistabbilixxi skeda ta' żmien għat-taħditiet. Iddiskuta l-pożizzjoni tal-UE hekk kif riesqa konferenza tad-donaturi għas-Sirja f'Londra fl-4 ta' Frar 2016. Ikkundanna l-attakki mmirati lejn il-popolazzjoni ċivili u enfasizza l-importanza ta' miżuri ta' bini tal-fiduċja mmexxija min-NU.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Ġordan, Nasser Judeh, ingħaqad mal-ministri tal-UE għall-ikla ta' nofsinhar biex jiddiskutu r-relazzjonijiet bilaterali, bil-ħsieb li jissaħħu, kif ukoll is-sitwazzjoni fir-reġjun.

Libja

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-Libja, huwa u juri appoġġ sħiħ għall-ftehim politiku ffirmat fis-17 ta' Diċembru 2015 u huwa u jilqa' l-konfigurazzjoni tal-Kunsill tal-Presidenza. L-UE u l-istati membri tagħha ser jappoġġaw il-Gvern b'Kunsens Nazzjonali bħala l-uniku gvern leġittimu tal-Libja, filwaqt li jħeġġu lill-istituzzjonijiet Libjani kollha jaċċettaw l-awtorità tal-Gvern b'Kunsens Nazzjonali.

Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani, u afferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għall-appelli mill-Kwartett għal passi sinifikanti li għandhom jittieħdu sabiex jerġa' jkun hemm kunfidenza u terġa' tinbena l-fiduċja. Fakkar li hu jinsab lest li jimpenja ruħu aktar mas-sħab reġjonali fuq il-bażi tal-Inizjattiva Għarbija għall-Paċi. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill huma "bażi tajba għall-pożizzjoni komuni tagħna u wkoll għall-impenn tagħna fil-proċess fil-Lvant Nofsani mal-partijiet fuq il-post, iżda wkoll ma' atturi u sħab internazzjonali," qalet is-Sinjura Mogherini.

Iran

Fl-aħħar nett, għalkemm l-Iran ma kienx fuq l-aġenda, ir-Rappreżentant Għoli aġġornat lill-ministri dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim nukleari Iranjan. "Għamilna l-istess evalwazzjoni tal-fatt li dan huwa tassew mument ta' bidla, mhux biss għas-sigurtà u l-istabbiltà fir-reġjun; jiftaħ modi ġodda għall-kooperazzjoni bilaterali", qalet.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 27 ta' Jannar 2025