Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 27/11/2015, 27 ta' Novembru 2015

Riżultati ewlenin

Konferenza ta' Nairobi 

Il-Kunsill iddiskuta t-tħejjijiet għall-10 konferenza ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, li għandha ssir f'Nairobi mill-15 sat-18 ta' Diċembru 2015. 

Huwa ddiskuta l-istrateġija tal-UE għall-konferenza, ivvaluta l-bilanċ ġenerali bejn l-elementi prinċipali li qed jiġu diskussi u qies il-prijoritajiet tal-ħidma wara Nairobi.

Għad fadal ħafna xogħol biex jiġu ffinalizzati t-tħejjijiet għall-konferenza ministerjali, sabiex it-testi jkunu lesti għal deċiżjoni politika f'Nairobi. Għaldaqstat, għandna niffukaw l-isforzi tagħna biex immexxu 'l quddiem it-tħejjijiet f'Ġinevra. Jean Asselborn, ministru għall-affarijiet barranin u Ewropej tal-Lussemburgu u president tal-Kunsill

Il-Kunsill ser jiltaqa' f'Nairobi fil-15 ta' Diċembru biex iħejji għall-konferenza f'aktar dettall. 

Negozjati bilaterali

Il-Kunsill reġa' analizza għadd ta' negozjati bilaterali ta' kummerċ ħieles li għaddejjin, inkluż is-'sħubija trans-Atlantika ta’ kummerċ u ta’ investiment' (TTIP) mal-Istati Uniti

"Ftehim ambizzjuż u bbilanċjat taħt l-amministrazzjoni ta' Obama jibqa' l-objettiv tagħna", stqarr is-Sur Asselborn. "Madankollu, ma rridux ftehim akkost ta' kollox iżda ftehim globali u tajjeb li ma jirrinunzjax għall-istandards Ewropej." 

Il-Kunsill ivvaluta l-prospetti għal taħditiet dwar ftehim ta' kummerċ ħieles mal-Mercosur, l-akbar grupp kummerċjali tal-Amerka t'Isfel, kif ukoll diversi negozjati li għaddejjin mal-pajjiżi tal-Asja. Fost dawn, huwa ffoka fuq taħditiet dwar kummerċ ħieles mal-Ġappun u ma' membri tal-ASEAN, l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja. 

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 28 ta' Jannar 2025