"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 18/07/2016, 18 ta' Lulju 2016

Riżultati ewlenin

“Il-ministri kollha qablu li jeħtieġ neqirdu l-għeruq tal-mibegħda li rajna tolqot lil Nizza, Dhaka, Baghdad u postijiet oħra fl-Ewropa, l-Afrika, fid-dinja Għarbija u fl-Asja. Din hija theddida komuni għalina lkoll. Approċċ komuni biss tista' tkun it-tweġiba.”

Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Ġlieda kontra t-terroriżmu

Wara l-attakk f’Nizza, il-ministri ddiskutew il-ġlieda kontra t-terroriżmu. Huma osservaw minuta ta’ silenzju f’12:00 biex isellmu lill-vittmi. Il-ministri taw l-għomor tagħhom lil Franza, esprimew is-solidarjetà tagħhom u r-rieda li jkomplu jappoġġaw lil Franza fis-Saħel u fl-operazzjonijiet esterni kollha, anki abbażi tal-Artikolu 42.7, kif invokat minn Franza f’Novembru 2015. Iddiskutew ukoll dwar il-ħidma li għaddejja dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu.

Turkija

Il-ministri tal-UE ddiskutew l-aħħar żviluppi fit-Turkija. Imbagħad il-Kunsill adotta l-konklużjonijiet. L-UE tikkundanna t-tentattiv ta' kolp ta' stat li sar fit-Turkija u ttenni l-appoġġ sħiħ tagħha għall-istituzzjonijiet leġittimi tal-pajjiż.

L-UE appellat ukoll għar-rispett sħiħ tal-ordni kostituzzjonali tat-Turkija u saħqet fuq l-importanza li jipprevali l-istat tad-dritt. Hija ssottolinjat il-ħtieġa tar-rispett għad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u fakkret li ċ-ċaħda inekwivoka tal-piena tal-mewt hija element essenzjali tal-acquis tal-UE.

L-Istrateġija tal-UE dwar iċ-Ċina

Ftit jiem biss wara t-18-il Summit bejn l-UE u ċ-Ċina f’Beijing, il-Kunsill iddiskuta ċ-Ċina u adotta l-Istrateġija tal-UE dwar iċ-Ċina għas-snin li ġejjin.

Diskussjoni informali tal-ministri tal-UE ma’ John Kerry, is-segretarju tal-Istati Uniti

Qabel il-laqgħa tal-Kunsill, il-ministri tal-affarijiet barranin tal-UE ħadu l-kolazzjon mas-Segretarju tal-Istati Uniti John Kerry. Huma enfasizzaw is-saħħa tas-sħubija transatlantika u l-importanza tagħha fl-indirizzar tal-isfidi barranin u globali.

Il-ministri u s-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti ddiskutew is-sitwazzjoni fit-Turkija. Huma esprimew l-appoġġ tagħhom għall-istituzzjonijiet leġittimi u talbu r-rispett tad-demokrazija u l-istat tad-dritt. Huma ffokaw ukoll fuq il-ġlieda kontra t-terroriżmu, waqt li enfasizzaw l-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti. Id-diskussjonijiet koprew ukoll is-sitwazzjoni fis-Sirja, il-Libja u l-Ukrajna, kif ukoll ir-relazzjonijiet ekonomiċi bejn l-UE u l-Istati Uniti.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 27 ta' Jannar 2024