"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 13/05/2016, 13 ta' Mejju 2016

Riżultati ewlenin

Ix-xhur li ġejjin ser ikunu kruċjali. Ftit hemm żmien biex niffinalizzaw it-taħditiet qabel l-aħħar tas-sena, iżda qed nistinkaw għal riżultat ambizzjuż fl-oqsma ewlenin kollha tal-ftehim. Għandhom jiġu riflessi l-interessi tal-UE. Mhux ser ikun hemm xi TTIP aktar faċli. Lilianne Ploumen, il-ministru għall-kummerċ estern u l-kooperazzjoni fl-iżvilupp tan-Netherlands u president tal-Kunsill.

In-negozjati dwar il-kummerċ mal-Istati Uniti

Il-Kunsill analizza l-iżviluppi fin-negozjati dwar it-TTIP, is-sħubija trans-Atlantika ta' kummerċ u ta' investiment mal-Istati Uniti.

Huwa rrikonoxxa li sar progress importanti fix-xhur li għaddew, iżda fadal ħafna xogħol xi jsir qabel jikkargaw in-negozjati politiċi.

Ftehim kummerċjali mal-Kanada

Il-Kunsill iddiskuta abbozz ta' ftehim kummerċjali u ta' investiment mal-Kanada, il-'ftehim ekonomiku u kummerċjali komprensiv' (CETA).

"L-istati membri jappoġġaw ħafna dan il-ftehim", qalet is-Sinjura Ploumen; "l-għan tagħna huwa li dan jiġi ffirmat fis-summit UE-Kanada f'Ottubru".

Il-Kummissjoni kkonfermat il-ħsieb tagħha li tippreżenta proposta f'Ġunju 2016 għall-iffirmar tas-CETA.

L-industrija tal-azzar

Il-Kunsill iddiskuta l-kriżi fl-industrija tal-azzar, fid-dawl ta' komunikazzjoni mill-Kummissjoni.

Hu indirizza l-isfidi li jirriżultaw mill-kapaċità żejda fil-livell globali u tnaqqis fid-domanda, żieda fl-importazzjonijiet u prassi inġusti fin-negozju, u t-tnaqqis konsegwenti fil-prezzijiet. Hu qies li l-aspetti marbuta man-negozju tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni, inkluż kif tiġi modernizzata d-difiża tal-UE kontra l-prassi inġusti fin-negozju.

Il-Kunsill appella biex il-ħidma teknika fuq dawn il-kwistjonijiet tipproċedi bla dewmien.

WTO/Post-Nairobi

Il-Kunsill iddiskuta t-triq 'il quddiem fin-negozjati li għaddejjin tal-WTO fid-dawl tar-riżultati tal-konferenza ministerjali ta' Diċembru 2015 f'Nairobi.

Enfasizza l-importanza tal-WTO fil-qalba ta' sistema kummerċjali multilaterali inklużiva li taħdem tajjeb u l-impenn tal-UE fil-kwistjonijiet tal-Aġenda ta' Doha għall-Iżvilupp. Il-ministri enfasizzaw ukoll li hemm bżonn li jiddaħħlu kwistjonijiet ġodda, bħall-kummerċ elettroniku, fl-aġenda tal-WTO.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 27 ta' Jannar 2024