"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 23 ta' Mejju 2016

Riżultati ewlenin

Strateġija reġjonali tal-UE għas-Sirja u l-Iraq kif ukoll għat-theddida tad-Da'esh

“Id-determinazzjoni tagħna li ntemmu t-tbatija tal-poplu tas-Sirja u tal-Iraq hija akbar minn qatt qabel. Aħna ddeċidejna li nżidu l-impenn politiku tagħna biex niffaċilitaw il-bidu tat-transizzjoni fis-Sirja u ġeddidna l-appoġġ tagħna għall-istabbilizzazzjoni tal-Iraq.", qalet Federica Mogherini, ir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar l-istrateġija reġjonali tal-UE għas-Sirja u l-Iraq kif ukoll għat-theddida tad-Da'esh, filwaqt li ddeskriva l-prijoritajiet tiegħu fil-ħidma għall-kisba ta’ paċi, stabbiltà u sigurtà dejjiema fis-Sirja, l-Iraq u r-reġjun inġenerali.

L-UE tappoġġa b’mod attiv proċess li jwassal għal transizzjoni politika kredibbli u inklużiva fis-Sirja, fi ħdan il-Grupp Internazzjonali ta’ Appoġġ għas-Sirja u b’appoġġ għall-Mibgħut Speċjali tan-NU de Mistura. Hi ser tipprovdi wkoll aktar assistenza umanitarja lill-popolazzjoni Sirjana. Il-ministri enfasizzaw b’mod partikolari l-appoġġ tagħhom għall-gvern Iraqi u l-ħtieġa li jiġu aċċellerati r-riformi fil-pajjiż. Il-ministri nnutaw l-importanza li ż-żoni li ġew meħlusa minn taħt id-Da'esh jiġu stabbilizzati.

L-UE ser iżżid ukoll l-azzjoni tagħha kontra t-terroriżmu, filwaqt li ssaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha ma’ pajjiżi terzi, il-ħidma tagħha kontra r-radikalizzazzjoni u l-isforzi biex jitwaqqaf il-finanzjament tat-terroriżmu.

Migrazzjoni

Il-ministri kellhom diskussjoni dwar l-aspetti esterni tal-migrazzjoni. Huma qiesu l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tal-Belt Valletta. B’mod partikolari huma analizzaw l-istat tad-djalogi ta’ livell għoli ma’ pajjiżi sħab u l-ħidma li għaddejja ma’ pajjiżi fis-Saħel u fil-Qarn ta’ Afrika. Huma ddiskutew ukoll l-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni UE-Turkija minn Marzu 2016 ‘l hawn, u enfasizzaw l-impenn tagħhom biex jindirizzaw l-isfida tal-migrazzjoni b’mod kollettiv.

EUNAVFOR MED Operazzjoni Sophia

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet ukoll dwar EUNAVFOR MED Operazzjoni Sophia, l-operazzjoni navali tal-UE biex tfixkel il-mudell kummerċjali tan-netwerks tal-faċilitazzjoni tad-dħul klandestin ta' persuni u tat-traffikar fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali. Il-Kunsill qabel li jestendi l-mandat tal-operazzjoni b’sena u li jżid żewġ kompiti ta’ sostenn: it-taħriġ tal-gwardji tal-kosta u l-flotot Libjani u l-kontribut għall-implimentazzjoni tal-embargo fuq l-armi tan-Nazzjonijiet Uniti fl-ibħra miftuħa ‘l barra mill-kosta tal-Libja.

Laqgħa ministerjali tas-Sħubija tal-Lvant

Qabel il-Kunsill, il-ministri tal-Affarijiet Barranin tal-UE ltaqgħu mal-kontropartijiet tagħhom mill-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarussja, il-Georgia, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Ukrajna għas-seba’ laqgħa ministerjali annwali tas-Sħubija tal-Lvant (SL). Il-ministri ddiskutew il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-aġenda għall-kooperazzjoni, kif ukoll il-progress fir-riformi, u nnutaw il-kontribut tas-SL għall-istabbiltà fir-reġjun. Ir-Rappreżentant Għoli kkonkludiet il-laqgħa billi faħħret l-unità tal-ministri kollha u l-impenn kollettiv tagħhom għas-sħubija.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 28 ta' Jannar 2025