"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 16/10/2017, 16 ta' Ottubru 2017

Riżultati ewlenin

Il-Kunsill iddiskuta dwar l-Iran u l-Korea ta’ Fuq.

"Iż-żewġ sitwazzjonijiet huma differenti ħafna, iżda bla dubju jkun diffiċli ħafna li tinfetaħ kwalunkwe forma ta' djalogu mar-RDPK jekk ikun hemm theddida serja li l-uniku ftehim li qiegħed jaħdem fir-rigward tan-nukleari, il-PAKK, jisfaxxa fix-xejn."

Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Iran

Il-Kunsill iddiskuta l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni Komprensiv Konġunt, il-ftehim mal-Iran dwar in-nukleari. Il-ministri għall-affarijiet barranin tal-UE qablu dwar dikjarazzjoni dwar il-PAKK.

Korea ta' Fuq

Il-Kunsill indirizza s-sitwazzjoni fil-peniżola Koreana, fid-dawl tal-atti provokattivi reċenti mir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK).

Il-Kunsill adotta miżuri awtonomi tal-UE addizzjonali biex jikkomplementa u jsaħħaħ is-sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.

Il-ministri qablu wkoll li jżidu l-isforzi ta' sensibilizzazzjoni biex tissaħħaħ l-implimentazzjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-KSNU mill-istati membri kollha tan-NU.

Myanmar/Burma

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-Myanmar, fid-dawl tas-sitwazzjoni umanitarja u tad-drittijiet tal-bniedem fl-Istat ta’ Rakhine.

Drittijiet tal-bniedem

Il-ministri kellhom dibattitu dwar il-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-preżenza tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, Stavros Lambrinidis. Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-pjan ta’ azzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, u r-rapport annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja fl-2016.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025