Kunsill Affarijiet Barranin
Kunsill Affarijiet Barranin, 13/11/2017, 13 ta' Novembru 2017
Riżultati ewlenin
Kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża
Il-ministri għall-affarijiet barranin u l-ministri għad-difiża kellhom diskussjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Globali tal-UE fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża. Il-Kunsill imbagħad adotta konklużjonijiet dwar is-sigurtà u d-difiża li enfasizzaw il-progress miksub u taw ħarsa lejn il-passi li jmiss.
Fil-marġini tal-Kunsill, 23 stat membru ffirmaw notifika, li timmarka l-ewwel pass fl-istabbiliment ta' kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO). Flimkien, huma ser jiżviluppaw kapaċitajiet ta' difiża, jinvestu fi proġetti komuni, u jtejbu d-disponibbiltà operazzjonali tal-forzi armati tagħhom. Permezz ta' dan, il-kooperazzjoni tal-UE fis-sigurtà u d-difiża ser tkun aktar ambizzjuża u aktar flessibbli.
"Din hija kisba storika, iżda mhijiex biss jum ta' ċelebrazzjoni. Hija wkoll il-bidu ta' vjaġġ li aħna ser nagħmlu flimkien. Dan huwa l-bidu ta' storja ġdida, u mhux l-għeluq ta' paġna." Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Wara nofsinhar, il-Kunsill iltaqa' f'format ta' difiża u ddiskuta l-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO flimkien mas-Segretarju Ġenerali tan-NATO Jens Stoltenberg. Il-Ministri nnotaw b'mod partikolari li l-ħidma fi ħdan il-qafas tal-UE, b'mod partikolari dwar il-PESCO iżda wkoll il-mobilità militari, ser tkun ta' benefiċċju għaż-żewġ organizzazzjonijiet.
Il-Venezwela
Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-Venezwela u qabel dwar sanzjonijiet immirati, bil-għan li jinkuraġġixxi proċess kredibbli u sinifikanti li jista' jwassal għal soluzzjoni negozjata paċifika. Il-miżuri restrittivi jinkludu embargo fuq l-armi u projbizzjoni fuq l-esportazzjoni ta' tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna kif ukoll tagħmir tal-IT għal sorveljanza, u jinkludu wkoll bażi legali għal elenkar eventwali mmirat ta' persuni.
Dawn il-miżuri restrittivi gradwali, immirata, flessibbli u riversibbli tfasslu b'mod li ma jaffettwawx il-popolazzjoni ġenerali tal-Venezwela.
Relazzjonijiet bejn l-UE u l-Afrika
Il-Kunsill iddiskuta r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Afrika bħala parti mit-tħejjijiet għall-ħames Summit bejn l-Unjoni Afrikana u l-UE, li ser isir fid-29 u t-30 ta' Novembru f'Abidjan, il-Kosta tal-Avorju. Il-Ministri laqgħu l-enfasi fuq iż-żgħażagħ u ssottolinjaw l-importanza ta' parteċipazzjoni wiesgħa fis-Summit. Fid-diskussjoni tagħhom, il-ministri semmew ħafna mill-isfidi komuni li mistennija jiġu diskussi fis-Summit, inkluż il-ħolqien ta' impjiegi, it-tibdil fil-klima, il-paċi u s-sigurtà, kif ukoll il-migrazzjoni u l-mobbiltà.
Komunikazzjonijiet Strateġiċi tal-UE
Il-Ministri għall-affarijiet barranin evalwaw il-ħidma attwali dwar il-komunikazzjonijiet strateġiċi tal-UE, b'mod partikolari rigward is-sensibilizzazzjoni fir-reġjun tas-Sħubija tal-Lvant, il-Viċinat tan-Nofsinhar u l-Balkani tal-Punent.
Huma qablu li jsaħħu aktar il-ħidma u appoġġaw l-iżvilupp ta' tliet task forces. L-Istati Membri ssottolinjaw l-importanza li jwasslu messaġġi pożittivi tal-UE fil-viċinat tal-UE, kif ukoll il-ħtieġa li tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni fejn u meta jkun hemm bżonn.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
- Nota ta' informazzjoni
- Aġenda proviżorja, Kunsill Affarijiet Barranin, 13 ta' Novembru 2017
- Lista ta' punti A, attivitajiet mhux leġislattivi, Kunsill Affarijiet Barranin, 13 ta' Novembru 2017
- Lista ta' punti A, attivitajiet mhux leġislattivi, Addendum 1, Kunsill Affarijiet Barranin, 13 ta' Novembru 2017
- Programm indikattiv - Kunsill Affarijiet Barranin (inkluż id-Difiża) tat-13 ta' Novembru 2017
Dokumenti ta' eżitu
Stqarrijiet għall-istampa
- Kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża: il-Kunsill jenfasizza l-progress sinifikanti li sar
13/11/2017
- Kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża: 23 stat membru jiffirmaw notifika konġunta dwar il-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO)
13/11/2017
- Il-Kunsill jaqbel li jniedi negozjati biex jaġġornaw il-ftehim ta' assoċjazzjoni maċ-Ċilì
13/11/2017
- Reżiljenza fl-azzjoni esterna tal-UE: Il-Kunsill jadotta konklużjonijiet
13/11/2017
- Il-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia: l-UE taħtar Rappreżentant Speċjali ġdid
13/11/2017
- Il-Venezwela L-UE tadotta konklużjonijiet u sanzjonijiet immirati
13/11/2017
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Maria Daniela Lenzu Press officer
- +32 470 88 04 02
- +32 2 281 21 46
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #FAC
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 27 ta' Jannar 2024