"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 10/11/2017, 10 ta' Novembru 2017

Riżultati ewlenin

Relazzjonijiet mas-sħab kummerċjali ewlenin

Il-Kunsill qies in-negozjati kummerċjali li għaddejjin mal-Messiku u l-Mercosur. Il-ministri appoġġaw l-objettiv li jintlaħqu ftehimiet ambizzjużi u bbilanċjati dwar il-kwistjonijiet pendenti ewlenin fil-futur qarib u laqgħu r-ritmu aktar mexxej fiż-żewġ settijiet ta' negozjati. Huma enfasizzaw ukoll il-prijoritajiet tagħhom qabel il-passi kruċjali li jmiss fil-proċess.

"L-Amerka Latina hija sieħeb politiku u ekonomiku importanti għall-Ewropa. Aħna impenjati li dalwaqt nikkonkludu ftehimiet kummerċjali estensivi u reċiprokament ta' benefiċċju mal-Mercosur u l-Messiku" qalet il-ministru Estonjana għall-kummerċ Urve Palo, li bħalissa għandha l-presidenza tal-Kunsill. "Nemmen li issa jista' dalwaqt jintlaħaq ftehim politiku iżda jeħtieġ li nagħmlu ċert li l-opportunitajiet kummerċjali l-ġodda li jinħolqu jkunu bbilanċjati u ta' benefiċċju fit-tul għall-ekonomija tal-UE."

Waqt l-ikla ta' nofsinhar, il-Ministri ddiskutew ukoll l-istat attwali tal-finalizzazzjoni tal-ftehim ta' sħubija ekonomika mal-Ġappun wara l-qbil politiku li ntlaħaq fis-6 ta' Lulju 2017.

Tħejjijiet għall-konferenza ministerjali tal-WTO fi Buenos Aires

Il-Kunsill ġie infurmat dwar l-istat attwali tat-tħejjijiet għall-ħdax-il konferenza ministerjali tal-WTO li ser issir mill-10 sat-13 ta' Diċembru fi Buenos Aires.

Il-Ministri enfasizzaw l-importanza li jinżamm ir-rwol ċentrali tal-WTO fis-sistema kummerċjali multilaterali u l-ħtieġa li l-UE taħdem għal eżitu sostantiv u bbilanċjat għall-konferenza ministerjali. Huma qiesu l-prijoritajiet li l-UE għandu jkollha fi Buenos Aires u vvalutaw ir-riżultati konkreti possibbli, għal-laqgħa nnifisha ta' Buenos Aires jew biex jiddaħħlu f'aġenda orjentata lejn il-futur li l-membri tal-WTO jistgħu jsegwu.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025