"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 17/07/2017, 17 ta' Lulju 2017

Riżultati ewlenin

Libja

"Iddiskutejna s-sitwazzjoni politika fil-Libja. Għandna bżonn għaqda fl-għanijiet, taħt il-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti, biex inħeġġu lil-Libjani jingħaqdu. Il-Libjani għandhom biżżejjed riżorsi biex isibu mezz kif joħorġu mill-kriżi. Jeħtieġ li ngħinuhom, billi ngħaqqdu l-isforzi kollha fl-appoġġ għar-Rappreżentant Speċjali tas-SĠNU hekk kif wasal biex jibda l-kariga tiegħu"

Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-Kunsill iddiskuta l-Libja u adotta konklużjonijiet. Estenda wkoll il-mandat ta' EUBAM Libya u introduċa restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' dinghies u muturi outboard lejn il-Libja.

Migrazzjoni

Il-ministri għall-affarijiet barranin iddiskutew il-migrazzjoni, waqt li kkonċentraw fuq is-sitwazzjoni fi r-Rotta tal-Mediterran Ċentrali, flimkien mal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati, Filippo Grandi, u d-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni, William Lacy Swing.

Korea ta' Fuq

"Ma hemm l-ebda soluzzjoni militari għall-peniżola Koreana: jenħtieġ li d-denuklearizzazzjoni tinkiseb b'mezzi paċifiċi. Enfasizzajna r-rwol ewlieni li għandha r-Repubblika tal-Korea f'dan ir-rigward: is-soluzzjonijiet għat-tensjonijiet fil-peniżola jinsabu fil-peniżola stess. L-UE tinsab lesta tappoġġa dawn l-isforzi b'kull mod possibbli. Għandna nsibu mezz kif noħorġu minn kriżi li qed thedded mhux biss is-sistema tan-nonproliferazzjoni iżda wkoll is-sigurtà fl-Asja u madwar id-dinja."

Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-Kunsill iddiskuta tar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u adotta konklużjonijiet.

Strateġija Globali tal-UE

Il-Kunsill kellu diskussjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Globali tal-UE. Il-ministri għall-affarijiet barranin ipprovdew gwida dwar il-prijoritajiet għall-2017-2018, waqt li qablu li dawn għandhom jinkludu kemm segwitu għal-linji ta’ ħidma tal-ewwel sena kif ukoll inizzjattivi ġodda.

Filwaqt li bbażaw fuq il-ħidma sinifikanti li twettqet fl-ewwel sena, il-ministri qablu li l-UE għandha tkompli ssaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha fis-sigurtà u d-difiża, inkluż permezz tal-istabbiliment futur ta' kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) ambizzjuża u inklużiva. Il-ministri nnutaw ukoll l-importanza tal-ħidma dwar ir-rabta interna / esterna, il-migrazzjoni, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, kif ukoll dwar il-ġlieda kontra t-theddid ibridu. Il-progress tal-UE fl-appoġġ għar-reżiljenza ta' pajjiżi sħab, b’mod partikolari fil-viċinat, u l-approċċ integrat tagħha ġew enfasizzati wkoll, kif ukoll il-komunikazzjonijiet strateġiċi u d-diplomazija pubblika.

Il-ministri għall-affarijiet barranin qablu wkoll dwar żewġ linji addizzjonali għal aktar ħidma fl-2017-2018:

  • appoġġ għall-governanza dinjija, b'mod partikolari n-Nazzjonijiet Uniti, inkluż l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, kif ukoll it-tiġdid tal-isforz globali għan-nonproliferazzjoni u d-diżarm ta' armi nukleari; u t-tisħiħ ulterjuri taċ-ċibersigurtà
  • appoġġ għall-organizzazzjonijiet reġjonali u relazzjonijiet ta’ kooperazzjoni bejn ir-reġjuni u mal-UE, inkluż it-tisħiħ tal-impenn politiku tal-UE fil-Balkani tal-Punent, l-approfondiment tar-relazzjonijiet mal-imsieħba tal-Lvant permezz tas-Sħubija tal-Lvant, u l-konsolidazzjoni tas-sħubija tagħna mal-Afrika, b’mod partikolari permezz ta’ approċċ integrat fis-Saħel u fil-Qarn tal-Afrika.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 27 ta' Jannar 2024