Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Barranin

Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (EUMC), Kapijiet tad-Difiża tal-UE, 6-7/11/2017, 6 u 7 ta' Novembru 2017

Riżultati ewlenin

Il-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea ltaqa' fil-livell ta' Kapijiet tad-Difiża (CHODs) tal-UE. Il-laqgħa kienet ippreseduta mill-Ġeneral Mikhail Kostarakos, il-president permanenti tal-kumitat.

Il-laqgħa kienet ukoll l-opportunità biex tiġi evalwata l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Globali tal-UE fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża, b'mod partikolari l-prova tar-Rieżami Annwali Kkoordinat dwar id-Difiża (CARD) u l-kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO).

Il-Kapijiet tad-Difiża tal-UE kellhom ukoll diskussjoni dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO flimkien mal-Ġeneral Petr Pavel, il-President tal-Kumitat Militari tan-NATO u mal-Ġeneral Curtis M. Scaparrotti, il-Kmandant Alleat Suprem tan-NATO għall-Ewropa. Huma ngħataw aġġornament dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO, inkluż dwar il-kooperazzjoni fid-dominju ibridu u dak ċibernetiku.

Il-Kapijiet tad-Difiża tal-UE iddiskutew l-operazzjonijiet militari tal-UE, inkluż Operazzjoni Althea, EUNAVFOR Operazzjoni Atalanta u EUNAVFOR Operazzjoni Sophia.

Il-Kapijiet tad-Difiża tal-UE kellhom diskussjoni dwar il-missjonijietta' taħriġ militari tal-PSDK flimkien mad-Direttur tal-kapaċità militari tal-ippjanar u t-tmexxija (MPCC).

Barra minn hekk, il-Kapijiet tad-Difiża iddiskutew il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni, u b’mod partikolari t-theddida tal-ISIS/Daesh ma' pajjiżi sħab. Preżenti kien hemm Kapijiet tad-Difiża mis-Serbja, il-Montenegro, it-Tuneżija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Georgia u l-Moldova, kif ukoll rappreżentanti mill-Korea t’Isfel, l-Albanija u l-Ġordan.

Fl-aħħar, il-Kapijiet tad-Difiża ħatru lill-Ġeneral Claudio Graziano, il-Kap tad-Difiża Taljan, bħala l-President permanenti li jmiss tal-Kumitat Militari tal-UE. Huwa ser jassumi l-funzjonijiet tiegħu f’Novembru 2018.

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 11 ta' Jannar 2024