"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin Informali, 05/12/2017, 5 ta' Diċembru 2017

Il-ministri għall-affarijiet barranin kellhom laqgħa informali mas-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti, Rex Tillerson, fil-5 ta' Diċembru fi Brussell.

Ir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, il-ministri għall-affarijiet barranin tal-UE u s-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti ddiskutew kif tista’ tissaħħaħ il-kooperazzjoni transatlantika fuq sfidi globali ewlenin bħall-kummerċ, it-tibdil fil-klima kif ukoll għadd ta' kwistjonijiet ġeopolitiċi u ta’ sigurtà ta’ interess komuni.

“Il-laqgħa tagħna llum ikkonfermat l-importanza li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti jagħtu lis-sħubija u l-kooperazzjoni mill-qrib bejniethom. Naħseb nistgħu ngħidu li hija wkoll opportunità biex flimkien inġeddu l-impenn tagħna għal kooperazzjoni mill-qrib fuq għadd ta’ fajls importanti.” Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Matul il-laqgħa, il-ministri għall-affarijiet barranin u s-Segretarju tal-Istat indirizzaw kwistjonijiet urġenti fuq l-aġenda internazzjonali, inkluż il-Proċess tal-Paċi fil-Lvant Nofsani, il-qagħda fis-Sirja, l-approċċ lejn ir-Russja u l-kooperazzjoni mal-Ukrajna, u t-tensjoni fil-peniżola Koreana.

Il-laqgħa kienet ukoll opportunità għal skambju ta' fehmiet fuq l-importanza tal-implimentazzjoni tal-ftehim dwar in-nukleari mal-Iran, il-JCPOA, kif enfasizzat fid-dikjarazzjoni tal-UE tas-16 ta' Ottubru 2017.

Il-Ministri enfasizzaw li l-UE u l-Istati Uniti huma sħab strateġiċi u jikkondividu valuri, prinċipji u interess komuni li jindirizzaw flimkien sfidi globali komuni.

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 11 ta' Jannar 2024