"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 22/01/2018, 22 ta' Jannar 2018

Riżultati ewlenin

Il-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani

Ir-Rappreżentant Għoli u l-ministri għall-affarijiet barranin tal-UE kellhom ikla informali ta' nofsinhar mal-President Palestinjan Mahmoud Abbas fil-marġini tal-Kunsill. Il-laqgħa kienet opportunità għall-Unjoni Ewropea biex ittenni l-messaġġi ċari u komuni tagħha dwar l-importanza li tiġi ppreservata s-soluzzjoni ta' żewġ stati u l-istatus ta' Ġerusalemm bħala l-kapitali futura ta' żewġ stati.

Aħna nkomplu nippromwovu s-soluzzjoni ta' żewġ stati. Aħna nopponu l-attività ta' insedjamenti li nqisu bħala illegali skont il-liġi internazzjonali. Biex niksbu dan l-objettiv irridu nitkellmu u naġixxu b'mod għaqli u konsistenti b'sens ta' responsabbiltà. Dan mhuwiex iż-żmien ta' diżimpenn; bil-kontra. Aħna nemmnu li l-Palestinjani u l-Iżraeljani jridu juru, aktar minn qatt qabel, l-impenn tagħhom mal-komunità internazzjonali, flimkien mal-atturi ewlenin f'dan il-proċess, sabiex flimkien naħdmu lejn eżitu nnegozjat. Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Qabel l-ikla informali ta' nofsinhar, il-Kunsill kellu diskussjonijiet dwar l-aħħar żviluppi fil-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani. Il-ministri taw ħarsa lejn kif l-UE tista' tgħin sabiex tiżgura l-impenn mill-partijiet kollha rilevanti sabiex isir progress fil-proċess ta' paċi.

Il-Libja

Il-Kunsill kellu dibattitu dwar il-Libja. Ir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Ghassam Salamé ta ħarsa ġenerali tas-sitwazzjoni attwali tal-proċess politiku, inkluż il-progress lejn l-adozzjoni ta' Kostituzzjoni ġdida u l-elezzjonijiet li jmiss. Huwa kellu l-appoġġ sħiħ tal-ministri għall-affarijiet barranin fl-isforzi tiegħu jwasslu għall-unità u r-rikonċiljazzjoni fil-pajjiż.

Il-ministri għall-affarijiet barranin iddiskutew ukoll l-importanza tal-impenn tal-UE fil-Libja bħala mod kif tiġi appoġġata n-NU fl-isforzi tagħha sabiex ikun hemm stabbiltà politika kif wkoll dawk l-aġenziji tan-NU li jaħdmu biex jindirizzaw is-sitwazzjoni tal-migranti fil-Libja. Il-ministri enfasizzaw ukoll l-importanza li titkompla l-ħidma mal-pajjiżi ta' oriġini, b'mod partikolari fir-reġjun tas-Saħel.

Relazzjonijiet futuri mal-istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku

Il-ministri għall-affarijiet barranin kellhom skambju inizjali dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni u l-abbozz ta' direttivi ta' negozjati tat-12 ta' Diċembru 2017 għal ftehim futur bejn l-UE u l-pajjiżi AKP, minħabba li l-ftehim attwali li jirregola s-sħubija, il-ftehim ta' Cotonou, ser jiskadi fid-29 ta' Frar 2020.

Il-ministri esprimew l-appoġġ ġenerali tagħhom għall-approċċ tal-Kummissjoni li tersaq lejn ftehim komprensiv fil-livell AKP flimkien ma' tliet sħubiji reġjonali mfassla apposta għall-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku. Huma ssottolinjaw l-importanza li jsir progress abbażi tal-esperjenza miksuba permezz tal-kooperazzjoni skont il-ftehim ta' Cotonou attwali, b'mod partikolari fid-djalogu politiku u l-migrazzjoni.

Id-diskussjonijiet dwar il-mandat ta' negozjati ser ikomplu fil-korpi preparatorji rilevanti tal-Kunsill, bil-ħsieb li tiġi adottata deċiżjoni li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati u d-direttivi ta' negozjati fl-ewwel semestru tal-2018.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 27 ta' Jannar 2024