"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 11/12/2017, 11 ta' Diċembru 2017

Riżultati ewlenin

Il-Lvant Nofsani

Ir-Rappreżentant Għoli u l-ministri għall-affarijiet barranin tal-UE bdew il-ġurnata b'kolazzjon informali mal-Prim Ministru ta' Iżrael Benjamin Netanyahu, fil-marġini tal-Kunsill. Il-laqgħa kienet opportunità biex l-Unjoni Ewropea ttenni l-messaġġi magħquda u ċari tagħha dwar il-qagħda ta' Ġerusalemm bħala l-belt kapitali futura taż-żewġ stati, l-importanza li tinżamm is-soluzzjoni ta' żewġ stati u, dwar kwistjonijiet reġjonali, il-bżonn li titkompla l-implimentazzjoni tal-PAKK (il-ftehim nukleari mal-Iran).

"L-Unjoni Ewropea ser tipprova tgħin biex jinstabu soluzzjonijiet, jiġi evitat kull nuqqas perikoluż li jista' biss isaħħaħ il-pożizzjonijiet radikali jew estremisti, li hija ħaġa li ma rridux naraw la fir-reġjun u lanqas imkien ieħor". Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-Kunsill kellu diskussjonijiet dwar l-aħħar żviluppi fil-Lvant Nofsani b'mod aktar ġenerali. Il-ministri eżaminaw kif l-UE tista’ tgħin biex tevita li l-affarijiet imorru għall-agħar u tinżamm l-istabbiltà fir-reġjun, kif ukoll tikkonsolida l-progress f’pajjiżi bħal-Libanu. Huma enfasizzaw l-importanza li jkompli jiġi żgurat li l-pajjiż jibbaża fuq dak li ntlaħaq fix-xhur li għaddew, iqiegħed l-interessi tal-poplu Libaniż l-ewwel u ma jkomplix ikun vittma tal-interferenzi minn barra.

Il-ministri wrew it-tħassib tagħhom dwar id-deterjorament serju tas-sitwazzjoni fil-Jemen, li għaddej mill-bidu ta' katastrofi umanitarja serja. Huma qablu li jkomplu jaħdmu biex jagħtu ħajja ġdida lill-isforzi li qed jitmexxew min-NU biex tinstab soluzzjoni politika għall-kunflitt fil-Jemen, skont ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.

Il-ministri fakkru wkoll l-appoġġ kontinwu tal-UE għall-isforzi tal-Mibgħut Speċjali tan-NU de Mistura fis-Sirja, li għadu essenzjali biex tinstab soluzzjoni politika negozjata skont ir-riżoluzzjoni 2254 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. L-UE ser tospita t-tieni konferenza ta' Brussell dwar l-appoġġ għall-futur tas-Sirja u r-reġjun fir-rebbiegħa biex turi solidarjetà u appoġġ internazzjonali mġedda.

Il-ministri enfasizzaw l-importanza li jitkompla u jissaħħaħ l-impenn tal-UE mal-Iraq. Ir-Rappreżentant Għoli u l-Kummissjoni mistennija jippreżentaw proposta għal strateġija ġdida f’Jannar 2018.

Afrika

Il-ministri għall-affarijiet barranin iddiskutew il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-G5 Sahel waqt ikla flimkien mal-kontropartijiet tal-G5 Sahel (il-Mauritania, il-Mali, il-Burkina Faso, in-Niġer u ċ-Chad). Il-ministri għall-affarijiet barranin u l-ministri għall-iżvilupp imbagħad iddiskutew is-segwitu għas-summit bejn l-Unjoni Afrikana u l-UE, li sar fil-Kosta tal-Avorju fid-29 u t-30 ta' Novembru 2017. Il-ministri enfasizzaw l-importanza tas-Summit u l-bżonn li tkompli l-ħidma mas-sħab Afrikani b'mod inklużiv. L-involviment taż-żgħażagħ u tas-soċjetà ċivili għandu jkompli jkun element ewlieni fir-relazzjonijiet UE-Afrika.

Żvilupp - Għajnuna għall-kummerċ

Il-Kunsill iddiskuta u adotta konklużjonijiet rigward strateġija aġġornata dwar l-għajnuna għall-kummerċ bil-għan li tittejjeb l-integrazzjoni tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp fis-sistema tal-kummerċ internazzjonali u li l-kummerċ u l-investiment jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-faqar.

Il-ministri enfasizzaw l-importanza li jiżdiedu s-sinerġiji bejn l-għodod differenti ta' finanzjament għall-iżvilupp li l-UE u l-istati membri tagħha jużaw għall-promozzjoni tal-għajnuna għall-kummerċ. Huma enfasizzaw ukoll il-bżonn li jitjieb l-impatt tal-programmi ta' għajnuna għall-kummerċ permezz ta' aktar impenn mas-settur privat, is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025