"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 10-13/12/2017, 10-13 ta' Diċembru 2017

Riżultati ewlenin

Konferenza ministerjali tad-WTO

Il-Kunsill iltaqa’ fil-marġini tal-11-il konferenza ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fi Buenos Aires mill-10 sat-13 ta’ Diċembru biex jikkoordina l-pożizzjoni tal-UE. Fil-bidu tal-konferenza, il-Kunsill adotta konklużjonijiet li jistabbilixxu l-pożizzjoni tal-UE għan-negozjati. L-Istati Membri mbagħad ġew infurmati fuq bażi regolari mill-Kummissjoni dwar l-iżviluppi matul il-konferenza.

Fi tmiem il-konferenza, il-Kunsill adotta konklużjonijiet fejn esprima diżappunt dwar ir-riżultat miksub, minkejja l-isforz qawwi li għamlet l-UE biex isir progress fuq il-kwistjonijiet ewlenin li kienu qed jiġu diskussi. Il-ministri ddispjaċihom ukoll li ma kienx possibbli li jinkiseb pakkett ambizzjuż iżda realistiku u bbilanċjat għall-konferenza.

Fil-qafas tal-konferenza, l-UE qablet ma’ għadd ta’ dikjarazzjonijiet marbuta b’mod partikolari mal-kummerċ elettroniku, programm ta’ ħidma informali għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, il-faċilitazzjoni tal-investiment għall-iżvilupp u r-regolamentazzjoni domestika fis-settur tas-servizzi. Il-Kunsill approva wkoll id-Deċiżjonijiet Ministerjali ppreżentati fil-konferenza.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025