"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 14/10/2019, 14 ta' Ottubru 2019

Riżultati ewlenin

Is-Sirja

Il-Kunsill iddiskuta s-Sirja fid-dawl tal-aħħar żvilupp fil-pajjiż. Il-Mibgħut Speċjali tan-NU għas-Sirja, Geir Pedersen, informa lill-ministri dwar il-proċess politiku. Huwa infurmahom dwar il-ħidma tiegħu qabel l-ewwel laqgħa tal-Kumitat Kostituzzjonali, li hija ppjanata għall-aħħar ta’ Ottubru. Huwa esprima wkoll it-tħassib tiegħu dwar ir-riskji tal-azzjoni militari tat-Turkija fil-grigal tas-Sirja għall-proċess politiku. Il-ministri għall-affarijiet barranin tennew l-appoġġ sħiħ tagħhom għall-isforzi tal-Mibgħut Speċjali.

Il-ministri għall-affarijiet barranin imbagħad iddiskutew l-azzjoni militari tat-Turkija fil-grigal tas-Sirja u adottaw konklużjonijiet li jikkundannawha. Filwaqt li jfakkru fid-deċiżjoni meħuda minn xi stati membri li jwaqqfu immedjatament il-liċenzjar tal-esportazzjoni tal-armi lejn it-Turkija, l-istati membri impenjaw ruħhom għal pożizzjonijiet nazzjonali b’saħħithom rigward il-politika tagħhom dwar l-esportazzjoni tal-armi lejn it-Turkija abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/CFSP dwar il-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi.

Hemm impenn ċar mill-istati membri kollha għal pożizzjonijiet nazzjonali b’saħħithom rigward il-politika tagħhom dwar l-esportazzjoni tal-armi lejn it-Turkija abbażi tad-dispożizzjoni tal-Pożizzjoni Komuni dwar il-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi. Dan ifisser li hemm waqfien fil-politika tal-esportazzjoni. (...) Dan il-mekkaniżmu jippermetti t-teħid immedjat ta’ deċiżjonijiet li jistgħu jittieħdu fil-livell nazzjonali u kkoordinati fil-livell Ewropew. Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà
L-UE tappella lit-Turkija biex twaqqaf l-azzjoni militari unilaterali fil-Grigal tas-Sirja

Attivitajiet ta' tħaffir illegali tat-Turkija

Il-Kunsill iddiskuta l-attivitajiet ta’ tħaffir kontinwi tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran, inkluż aktar attivitajiet ta’ tħaffir 45 nm lil hinn mill-kosta tan-Nofsinhar ta’ Ċipru. Huwa adotta konklużjonijiet li jaqblu li jiddaħħal fis-seħħ reġim qafas ta’ miżuri restrittivi li jimmiraw lejn persuni fiżiċi u ġuridiċi responsabbli għal jew involuti fl-attività ta’ tħaffir illegali ta’ idrokarburi fil-Lvant tal-Mediterran.

Ġrajjiet kurrenti

Fil-bidu tal-laqgħa tagħhom, ir-Rappreżentant Għoli u l-ministri għall-affarijiet barranin irreferew għall-iżviluppi dwar l-Iran. Huma fakkru fl-impenn tagħhom lejn il-PAKK (il-ftehim nukleari mal-Iran) u enfasizzaw l-importanza li jitkomplew l-isforzi biex titnaqqas it-tensjoni.

Ir-Rappreżentant Għoli u l-ministri għall-affarijiet barranin iddiskutew fil-qosor il-Libja. Huma esprimew l-appoġġ sħiħ tagħhom għat-tkomplija tal-proċess politiku mmexxi min-NU.

Ir-Rappreżentant Għoli semmiet ukoll il-Venezwela, u ħeġġet lill-ministri biex jipparteċipaw fil-Konferenza ta’ solidarjetà internazzjonali dwar il-kriżi tar-refuġjati u l-migranti fil-Venezwela li ser issir fit-28 u d-29 ta’ Ottubru.

L-Ukrajna

Il-ministri għall-affarijiet barranin tal-UE kellhom skambju ta’ fehmiet mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ukren Vadym Prystaiko. Huma affermaw mill-ġdid l-impenn qawwi tal-UE lejn l-Ukrajna, kemm għall-integrità territorjali u s-sigurtà tagħha kif ukoll għall-isforzi tal-gvern tagħha dwar il-proċess tar-riformi.

L-UE tirrispondi għall-attivitajiet ta' tħaffir illegali tat-Turkija

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 6 ta' Frar 2025