"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin (Difiża), 12/11/2019, 12 ta' Novembru 2019

Riżultati ewlenin

Kwistjonijiet ta' sigurtà u ta' difiża

Ir-Rappreżentant Għoli u l-ministri għad-difiża kellhom diskussjoni strateġika dwar kwistjonijiet ta' sigurtà u ta' difiża. Huma analizzaw il-progress li sar u taw ħarsa lejn il-prijoritajiet futuri. Id-diskussjoni kienet opportunità biex issir riflessjoni fuq modi oħra għal-UE biex issaħħaħ il-kapaċità tagħha li taġixxi bħala garanti tas-sigurtà, l-awtonomija strateġika tagħha u l-kapaċità tagħha li tikkoopera mas-sħab.

Il-Kunsill iffoka b'mod partikolari fuq il-PESCO (Kooperazzjoni Strutturata Permanenti) u adotta deċiżjoni li tniedi tlettax-il proġett ġdid tal-PESCO. Il-ministri għad-difiża ddiskutew ukoll il-koerenza bejn il-PESCO u l-inizjattivi tad-difiża oħra tal-UE, inkluż ir-Rieżami Annwali Koordinat dwar id-Difiża (CARD) u l-Fond Ewropew għad-Difiża.

Kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO

Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Il-kooperazzjoni u s-sħubija bejn l-UE u n-NATO qatt ma kienu daqshekk qawwija. Aħna t-tnejn qbilna bis-sħiħ li l-UE b'saħħitha fil-qasam tad-difiża tgħin lin-NATO biex tkun aktar b'saħħitha u huwa importanti wkoll li jkun hemm NATO aktar b'saħħitha għas-sigurtà tal-Ewropa.
Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-ministri għad-difiża kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO mal-Viċi Segretarju Ġenerali tan-NATO Mircea Geoana. Huma ddiskutew b'mod partikolari d-djalogu politiku, l-eżerċizzji paralleli u koordinati u l-mobbiltà militari. Il-ministri għad-difiża affermaw mill-ġdid ir-rabta transatlantika b'saħħitha u l-impenn kontinwu taż-żewġ organizzazzjonijiet biex jaħdmu flimkien. Il-Viċi Segretarju Ġenerali Mircea Geoana informa wkoll lill-ministri għad-difiża tal-UE dwar is-sitwazzjoni attwali tat-tħejjijiet għal-Laqgħa li jmiss tal-Mexxejja tan-NATO li ser issir fit-3 u l-4 ta' Diċembru f'Londra.

Missjonijiet u operazzjonijiet tal-PSDK

Il-Kunsill iddiskuta s-sitwazzjoni attwali tal-iskjeramenti tal-PSDK, u rrifletta fuq il-kisbiet, l-isfidi u l-oqsma għal titjib ulterjuri. Ġiet enfasizzata l-importanza li jiġu żgurati riżorsi adegwati għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet biex iwettqu l-mandat tagħhom.

Il-ministri għad-difiża enfasizzaw l-impenn tal-UE fis-Saħel u r-rilevanza tal-operazzjonijiet navali, b'mod partikolari EUNAFOR Operazzjoni Atalanta. Huma ħeġġew il-ħidma li għaddejja dwar il-preżenzi marittimi koordinati.

Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża

Il-bord ta' tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża ltaqa' qabel il-laqgħa tal-Kunsill. Fil-marġini tal-Bord ta' Tmexxija, saret ċeremonja ta' ffirmar biex jitfakkar it-trasferiment tal-proġett tal-PESCO dwar is-Sorveljanza kimika, bijoloġika, radjoloġika u nukleari (CBRN) bħala Servizz (CBRN SaaS) fil-qafas tal-Aġenzija.

Punti ewlenin mill-Kunsill Affarijiet Barranin (Difiża) tat-12 ta' Novembru 2019, fi Brussell

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025