"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 11/11/2019, 11 ta' Novembru 2019

Riżultati ewlenin

Punti ewlenin tal-Kunsill Affarijiet Barranin, tal-11 ta' Novembru 2019, fi Brussell

Ġrajjiet kurrenti

Il-Kunsill Affarijiet Barranin iddiskuta kwistjonijiet urġenti fuq l-aġenda internazzjonali. Ir-Rappreżentant Għoli u l-ministri għall-affarijiet barranin komplew id-diskussjoni tagħhom dwar is-Sirja mill-aħħar Kunsill Affarijiet Barranin f'Ottubru, u fakkru fl-impenn tagħhom li jwaqqfu l-esportazzjonijiet tal-armi lejn it-Turkija. Huma nnutaw ukoll l-adozzjoni tal-qafas għal sanzjonijiet bi tweġiba għall-attivitajiet ta' tħaffir illegali tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran.

Il-ministri rreferew ukoll għas-sitwazzjoni fil-Bolivja, u appellaw lil kulħadd biex jiġi eżerċitat sens ta' responsabbiltà sabiex jinstab mod kif isiru elezzjonijiet kredibbli u tiġi evitata kwalunkwe vjolenza ulterjuri. Huma ddiskutew fil-qosor il-Venezwela wara l-konferenza internazzjonali ta' solidarjetà dwar il-kriżi Venezweljana ta' refuġjati u migranti (28-29 ta' Ottubru). Il-Kunsill ġedded ukoll b'sena s-sanzjonijiet fuq il-Venezwela minħabba azzjonijiet persistenti li jdgħajfu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem.

Ir-Rappreżentant Għoli u l-ministri għall-affarijiet barranin iddiskutew fil-qosor is-sitwazzjoni fil-Libanu, fejn esprimew l-aspettattivi tagħhom li jiġi ffurmat malajr gvern ġdid u li l-UE lesta tkompli tappoġġa lill-pajjiż.

Huma rreferew ukoll għas-sitwazzjoni f'Hong Kong.

Is-sigurtà reġjonali fir-reġjun tal-Golf u l-Iran

Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Inkomplu neżerċitaw diplomazija massima, mhux biss mal-Iran, iżda ma' kulħadd. Dan huwa element ewlieni tal-impenn tal-UE madwar id-dinja.
Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Ir-Rappreżentant Għoli u l-ministri għall-affarijiet barranin iddiskutew is-sitwazzjoni tas-sigurtà fir-reġjun tal-Golf. Huma nnotaw li filwaqt li għad hemm tensjonijiet fir-reġjun, is-sitwazzjoni ma eskalatx. Huma rriflettew dwar kif l-UE tista' tappoġġa u tinkoraġġixxi tnaqqis ulterjuri fit-tensjoni, b'mod partikolari permezz ta' inizjattivi li jippermettu r-responsabbiltà mir-reġjun innifsu.

Il-Kunsill iddiskuta wkoll l-Iran, wara t-tħabbira reċenti minn Teheran dwar il-PAKK (Pjan ta’ Azzjoni Komprensiv Konġunt), il-ftehim mal-Iran dwar il-qasam nukleari. Il-ministri għall-affarijiet barranin innutaw li l-preservazzjoni tal-PAKK kienet qed issir dejjem aktar diffiċli, iżda tennew l-impenn tagħhom u l-appell tagħhom lill-Iran biex jerġa' lura għal konformità sħiħa mal-ftehim, li jibqa' estremament importanti kemm għas-sigurtà Ewropea kif ukoll dik reġjonali.

L-Afganistan

Il-Kunsill iddiskuta l-Afganistan. Ir-Rappreżentant Għoli u l-ministri għall-affarijiet barranin fakkru li t-taħditiet diretti intra-Afgani huma l-uniku mod biex tintlaħaq soluzzjoni sostenibbli, filwaqt li l-issuktar tat-taħditiet bejn l-Istati Uniti u t-Talibani jistgħu jirrappreżentaw, f'dan il-kuntest, l-ewwel pass lejn it-tnedija mill-ġdid tan-negozjati intra-Afgani. Il-Kunsill enfasizza wkoll il-ħtieġa li titnaqqas b'mod sostanzjali l-vjolenza u li jinħoloq ambjent li jippermetti l-ħarsientad-drittijiet u l-progress demokratiku tal-pajjiż, inkluż fir-rigward tad-drittijiet tan-nisa, it-tfal u l-minoranzi.

Ir-Rappreżentant Għoli u l-ministri għall-affarijiet barranin tennew li l-UE tinsab lesta li tappoġġa proċess politiku inklużiv. Huma fakkru fl-involviment sinifikanti tal-UE fil-pajjiż u l-impenn lejn l-istabbiltà u l-prosperità tiegħu.

Is-Sudan

Il-ministri għall-affarijiet barranin tal-UE kellhom skambju ta' fehmiet mal-Prim Ministru tas-Sudan Abdalla Hamdok. Huma rriaffermaw l-impenn politiku b'saħħtu tal-UE li tappoġġa gvern transizzjonali ċivili, kif ukoll ir-rieda tal-UE li tipprovdi għajnuna finanzjarja għat-transizzjoni, inkluż b'appoġġ għar-riforma ekonomika. Huma enfasizzaw l-importanza li jiġi żgurat li t-transizzjoni ċivili tibqa' proċess inklużiv, inkluż rwol xieraq għaż-żgħażagħ u n-nisa.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 6 ta' Frar 2025