- Kunsill Affarijiet Barranin
Vidjokonferenza tal-ministri għall-affarijiet barranin, 23 ta' Marzu 2020
Main results
Ninsabu f'mument kruċjali. Dan il-virus ma jqisx il-fruntieri nazzjonali. Qed jikkawża kriżi globali bla preċedent. Dan huwa l-waqt li nsaħħu l-multilateraliżmu u ngħaqqdu l-isforzi biex flimkien naffrontaw theddida għall-umanità kollha. Dan mhux il-waqt li nlumu lil xulxin. Josep Borrell, Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Illum il-Ministri tal-UE għall-affarijiet barranin kellhom vidjokonferenza, ippreseduta mir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Josep Borrell.
Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar ir-rispons internazzjonali għall-coronavirus il-ġdid (SARS-CoV-2), b'attenzjoni partikolari fuq ir-ripatrijazzjoni tal-vjaġġaturi mill-UE maqbuda barra l-pajjiż. Il-ministri ddiskutew ukoll kif iżidu l-kooperazzjoni u s-solidarjetà internazzjonali biex jappoġġaw lill-pajjiżi l-aktar fraġli.
Il-ministri għall-affarijiet barranin ikkundannaw it-tentattiv li qed isir biex l-UE tiġi skreditata permezz tad-diżinformazzjoni, u l-istigmatizzazzjoni ta' ċittadini tal-UE f'pajjiżi barranin fir-rigward tal-pandemija tal-COVID-19.
Il-ministri kellhom ukoll l-opportunità li jsemmu kwistjonijiet urġenti fuq l-aġenda internazzjonali bħall-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni UE-Turkija, u s-sitwazzjoni attwali tad-diskussjonijiet tal-operazzjoni l-ġdida tal-PSDK fil-Mediterran.
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Maria Daniela Lenzu Press officer
- +32 470 88 04 02
- +32 2 281 21 46
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #FAC
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 6 ta' Frar 2025