"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Vidjokonferenza tal-ministri għall-affarijiet barranin (difiża), 6 ta' April 2020

Main results

Qbilna li nesploraw kif nistgħu nużaw l-għarfien espert militari fuq livell tal-UE biex nappoġġaw l-iskambju ta' informazzjoni u l-qsim tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri. Biex nagħmlu dan, nistgħu nwaqqfu task force mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, immexxi mill-Persunal Militari tal-UE. Josep Borrell, Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Illum il-ministri tal-UE għad-difiża kellhom vidjokonferenza, immexxija mir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Josep Borrell.

Il-ministri ddiskutew l-implikazzjonijiet għad-difiża tal-pandemija tal-Covid-19, b'attenzjoni partikolari fuq l-assistenza militari fil-ġlieda kontra l-kriżi, u s-sitwazzjoni fil-missjonijiet u l-operazzjonijiet militari u ċivili tal-UE fil-qafas tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK).

Il-ministri għad-difiża kkondividew eżempji ta' kif il-forzi armati tagħhom taw kontribut għall-isforzi kontra l-kriżi tal-Covid-19 billi pprovdew trasport u appoġġ loġistiku, billi bnew sptarijiet fi żmien qasir bħal qatt qabel, bagħtu l-persunal mediku tagħhom, u appoġġaw il-pulizija u servizzi nazzjonali oħrajn.

F'dan il-kuntest ġie deċiż li jiġi esplorat it-twaqqif ta' task force mmexxija mill-Persunal Militari tal-UE biex tiġi skambjata aħjar l-informazzjoni u l-aħjar prattika fost l-istati membri tal-UE. Dan isir b'koordinazzjoni sħiħa u komplementarjetà man-NATO.

Il-ministri tal-UE għad-difiża ddiskutew ukoll l-impatt tal-pandemija tal-Covid-19 fuq is-17-il missjoni u operazzjoni tal-PSDK tal-UE madwar id-dinja, billi kkonċentraw fuq is-sitt operazzjonijiet u missjonijiet militari. Il-ministri enfasizzaw l-importanza li tinżamm il-preżenza tal-UE fuq il-post, speċjalment f'dawk il-pajjiżi u r-reġjuni li huma diġà fraġli u milquta mill-instabbiltà.

Il-forzi armati tagħna fuq quddiem tal-ġlieda kontra l-COVID-19

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025