"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 6 ta' Marzu 2020

Riżultati ewlenin

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Illum qbilna dwar dikjarazzjoni li fiha tennejna l-ħtieġa ta' tnaqqis urġenti tal-intensità tal-kunflitt. Ħadna nota tal-eżitu tal-laqgħa bejn ir-Russja u t-Turkija li saret ilbieraħ f’Moska. Il-partijiet kollha jeħtieġ li jiggarantixxu l-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili u jippermettu t-twassil mingħajr xkiel ta’ għajnuna umanitarja mill-komunità internazzjonali.
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-Kunsill Affarijiet Barranin adotta dikjarazzjoni dwar il-kriżi f'Idlib u s-sitwazzjoni fuq il-fruntieri esterni tal-UE mat-Turkija.

Fid-dikjarazzjoni tiegħu, il-Kunsill jirrikonoxxi ż-żieda fil-piż migratorju u r-riskji li t-Turkija qed tiffaċċa fuq it-territorju tagħha u l-isforzi sostanzjali li għamlet biex tospita 3,7 miljun migrant u refuġjat. Il-Kunsill jirrifjuta bil-qawwa wkoll l-użu mit-Turkija ta’ pressjoni migratorja għal finijiet politiċi u jtenni li l-UE u l-istati membri tagħha jibqgħu determinati li jipproteġu l-fruntieri esterni tal-UE b'mod effettiv, f’konformità mad-dritt tal-UE u l-liġi internazzjonali.

F'dan il-kuntest, il-Kunsill itenni s-solidarjetà sħiħa tal-UE mal-Greċja, li għandha quddiemha sitwazzjoni bla preċedent, kif ukoll mal-Bulgarija, Ċipru u stati membri oħra fl-isforzi tagħhom biex jiġu ġestiti l-fruntieri esterni tal-UE.

Dwar Idlib, il-Kunsill jinnota li l-offensiva reċenti u li għadha għaddejja mir-reġim Sirjan u s-sostenituri tiegħu, inkluż ir-Russja, qed toħloq tbatija umana enormi u pprovokat l-agħar kriżi umanitarja sa mill-bidu tal-kunflitt Sirjan.

Għalhekk, il-Kunsill jappella għal tnaqqis urġenti tal-intensità tal-kunflitt fis-Sirja sabiex jiġi evitat li dan iwassal għal konfrontazzjoni militari internazzjonali, u tiġi evitata aktar tbatija.

Il-Kunsill jieħu nota tal-eżitu tal-laqgħa bejn ir-Russja u t-Turkija li saret ilbieraħ f’Moska u jtenni, bl-aktar mod qawwi possibbli, l-appell tiegħu lill-partijiet kollha biex iżommu fis-seħħ waqfien mill-ġlied immedjat u sostenibbli, biex jiggarantixxu l-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili fuq l-art u mill-ajru u biex jippermettu l-konsenja mingħajr xkiel ta' għajnuna umanitarja mill-komunità internazzjonali.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025